Il-Ministru Ian Borg jattendi laqgħat fi Brussell dwar il-Pakkett tal-Mobilità ma’ ministri għat-trasport minn tmien pajjiżi Ewropej oħra u ma’ membri tal-Kummissjoni Ewropea

  • Fra 18, 2020 20:04
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg jinsab fi Brussell, fejn ospita laqgħa f’Dar Malta ma’ tmien ministri għat-trasport minn madwar l-Ewropa. Waqt l-istess żjara, saru wkoll laqgħat mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans u mal-Kummissarju għat-Trasport Adina V?lean. Dawn il-laqgħat kollha kienu jittrattaw il-Pakkett tal-Mobilità li daħħal fis-seħħ numru ta’ regolamenti ġodda għas-settur tat-trasport tal-merkanzija. Hawnhekk, Malta, flimkien mat-tmien pajjiżi parteċipi l-oħra, ħadet pożizzjoni b’saħħitha kontra dawn ir-regolamenti u flimkien qegħdin jaħdmu biex dawn jiġu annullati.

    L-argument kontra r-regolamenti ġodda jagħfas ħafna fuq l-impatt ambjentali li se jkollu regolament partikolari, jiġifieri dak li jobbliga operatur jittrasporta l-vetturi tiegħu lura lejn il-pajjiż minn fejn jopera kull ftit żmien. Il-ministri flimkien saħqu li dan ir-regolament ma jimxix mal-European Green Deal u l-objettivi dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni Ewropea.

    Fl-istess waqt, il-ministri għafsu wkoll fuq il-problemi li dan ir-regolament joħloq għall-integrità u l-funzjonament tas-suq uniku, b’riperkussjonijiet bħal esklużjoni ta’ operaturi minn pajjiżi li huma maqtugħin miċ-ċentru, fosthom gżejjer bħal Malta, u għalhekk tnaqqis fil-kompetittività ta’ dawn l-istess pajjiżi.

    Qabel attendew għal dawn il-laqgħat, il-ministri bagħtu ittra konġunta lill-Viċi President Timmermans, li fiha spjegaw il-ħsibijiet tagħhom. Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea kienet laħqet tellqet valutazzjoni tal-impatt, hekk kif ir-regolamenti li daħlu fis-seħħ huma filfatt differenti minn dak li l-Kummissjoni nnifisha kienet proponiet. 

    Il-Ministru Ian Borg qal, “Malta minn dejjem uriet il-pożizzjoni tagħha kontra dawn ir-regolamenti. Sa mill-2017 Malta u numru ta' stati membri oħra opponew b’kull mezz possibli l-proposti li kienu negattivi għal pajjiżna. Dan sar b’mod koerenti f’kull ambitu u livell fl-istituzzjonijiet tal-UE, u ġab numru ta’ riżultati pożittivi. Però, ċerti regoli baqgħu fil-proposta, u l-iktar waħda negattiva ddaħħlet mill-Parlament Ewropew fl-aħħar ħin f’Diċembru tal-2019. Għaldaqstant, Malta u tmien partners tagħha qegħdin jagħmlu sforz ġdid biex jirreżistu dawn r-regoli.”

    It-tmien pajjiżi oħra li ngħaqdu ma’ Malta f’dan l-appell huma Ċipru, il-Bulgarija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook