Jisparixxu 91 immigrant … mitluba spjegazzjoni

  • Fra 21, 2020 17:27
  • Miktub minn iNews

    Fost għaqdiet non governattivi li huma mgħammrin biex iwettqu salvataġġi fil-Mediterran, qed iqum tħassib dwar grupp ta’ 91 immigrant li sparixxew.  Kienu grupp li talbu għall-għajnuna lill-istess għaqdiet non governattivi, iżda imbagħad ma instema’ xejn aktar dwarhom. Il-biża’ hi li dawn setgħu spiċċaw mgħarrqa. Dwar dan il-każ li sa issa għadu misteru, għaqda non governattiva li tirċievi b’mod regolari telefonati minn immigranti li d-dgħajjes tagħhom ikunu f’diffikulta kitbu  għal aktar informazzjoni lill-Forzi Armati ta’ Malta, lil Gwardji tal-Kosta Taljani, lill-awtoritajiet fil-Libja, lil Frontex, lil-UNHCR u lil Organizazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM).

    L-organizazzjoni qalet li “fid-9 ta’ Frar irċevejna sejħa għall-għajnuna. Ġejna infurmati li fuqha kien hemm 91 persuna.  Dawn kienu telqu minn Garabulli.  Talbuna l-għajnuna u aħna infurmajna lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu s-salvataġġ fosthom lill-Gwardji tla-Kosta Libjani, lill-Forzi Armati Maltin u lill-Gwardji tal-Kosta Taljani.  Din is-sejħa għamilniha fl-4 ta’ filgħodu.  Wara l-5.35 ta’ filgħodu intilef il-kuntatt mad-dgħajsa. Fl-aħħar kuntatt li kellna ma’ nies abbord id-dgħajsa, dawn kienu f’paniku. Huma qalulna li l-magna tad-dgħajsa kienet waqfet taħdem u kien dieħel l-ilma fid-dgħajsa. Qalulna li kien hemm xi nies li kienu diġa fil-baħar.”

    L-organizazzjoni kompliet tgħid li “hemm indikazzjonijiet ċar li seħħet traġedja oħra. Dan il-każ u l-ammont ta’ nies abbord ma jaqbilx mas-salvataġġi li seħħew fl-istess żmien. Il-Frontex permezz ta’ ajruplan raw dinghi mifqugħ fil-pożizzjoni li konna indikajna aħna. Nemmnu li dak id-dinghi hu dak li aħna irrappurtajna dwaru. X’ġara minn dawk li kienu fuqu? L-awtoritajiet li aħna kkuntattjajna fosthom  il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Gwardji tal-Kosta Taljani, u l-Frontex mhux ituna informazzjoni.  Il-mistoqsija tagħna hi x’tafu fuq dan il-każ?  Qed niġu kkuntattjati minn qraba ta’ immigranti li telqu mil-Libja fid-9 ta’ Frar u għadhom ma semgħux b’aħbarhom.  Dawn għandhom dritt ikunu jafu x’ġara minn qrabathom li għamlu l-vjaġġ. Inħeġġu biex l-awtoritajiet jinvestigaw”.

    Intant fl-aħħar jiem inbeda moviment imsejjaħ ‘CommemorAction 2020’. L-għan ta’ dan il-moviment hu li jiġġieled il-kwistjoni tal-fruntieri u l-imwiet ta’ dawk li jkunu qed jivvjaġġaw. Il-moviment jiddikjara bla tlaqlieq li ‘mewt ta’ immgiranti fil-baħar jew fid-deżert mhix aċċident jew traġedja. Hu qtil. L-istati Ewropew huma responsabbli għal dan minħabba l-politika li qed jadottaw”.  Fl-aħħar jiem il-moviment għamel diversi attivitajiet fi xtajtiet biex ifakkar lil dawk li mietu mgħarrqa.

     

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook