Summer Lust - Festival Mużikali ġewwa Ħal Għaxaq

  • Fra 21, 2020 19:28
  • Miktub minn iNews

     

    L-Għaxaq Music Events għadhom kemm ħabbru d-dettalji tal-Festival Mużikali Summer Lust li ha jittella’ fir-raħal ta’ Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 22 u s-Sibt 23 ta’ Mejju. Din is-sena l-Ghaxaq Music Events kabbru dan l-ispettaklu w ser isir fuq jumejn minflok fuq ġurnata waħda, kif kien isr qabel. Dan il-festival ser ikun qiegħed jiftaħ l-attivitajiet tas-sajf Malti u propju minn hemm ħarġet l-għażla tal-isem għaliex xi ftit jew wisq kulħadd ikun għatxan għal dak kollu li jġib miegħu s-sajf Malti.

     

    Summer Lust ser ikun qed jippreżenta artisti ta’ fama internazzjonali u kif ukoll l-aqwa talent Malti għaliex l-organizzaturi ħadu ħsieb li jagħtu opportunità lil talent lokali biex ikun parti minn dan il-festival li dejjem ġibed lejh folol kbar ta’ nies, fl-aħħar ġimgħat ta’ Mejju matul dawn l-aħħar ghoxrin sena, li ilu jsir ġewwa Ħal Għaxaq. Summer Lust ser jittella’ fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq li jinsabu eżattament fiċ-ċentru ta’ dan ir-raħal li tant huwa rinomat għal dawn il-festivals li jittellgħu ta’ kull sena. 

     

    Kulħadd għadu jiftakar u jsemmi s-suċċess kbir tal-kunċert tas-sena li għaddiet, Long Live the Queen, fejn ittella’ spettaklu mill-aqwa tal-mużika tal-grupp leġġendarju Queen. Dan il-festival, bħal dejjem ser jieħu ħsieb li minnu tgawdi wkoll għaqda filantropika. Pereżempju s-sena li għaddiet inġabret is-somma sabiħa ta’ €18,320 għal Dar Bjorn. Din is-sena wkoll, l-‘Għaxaq Music Events’ ser jerġgħu jaħdmu ma’ Dar Bjorn li bħalissa għandhom għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett tad-dar il-ġdida.

     

    Summer Lust ser jiftaħ nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju bi spettaklu mill-aqwa mill-kantant ta’ fama internazzjonali, Thomas Anders li huwa l-kantant tal-grupp Modern Talking li tant kiseb suċċessi fit-tmeninijiet. Dan l-artist internazzjonali żgur ser jiġbed folol kbar lejn dan il-festival, li bħal dejjem mhux se joffri spettaklu ta’ mużika biss, iżda wkoll  spettakli ta’ dawl u effetti oħra li se jingħaqdu flimkien biex verament joħolqu serata memorabbli għal dawk kollha li jinġabru flimkien f’din il-lejla maġika. Il-grupp Modern Talking jibqa’ mfakkar għal diversi kanzunetti li ħarġu fosthom You’re my Heart, You’re my Soul, Cheri Cheri Lady, Brother Louie, Atlantis is Calling, Take the Chance, Ready for the Victory, Win the Race, You can win if you want u ħafnaoħra li żgur ser iqajmu atmosfera sabiħa għal dawk kollha li jkunu preżenti.

     

    L-għada, is-Sibt 23 ta’ Mejju, ser ikun imiss il-kunċert Ira Losco & Friends fejn l-artista Maltija ta’ fama internazzjonali, Ira Losco ser tkun qed tagħti kunċert sħiħ flimkien mal-band tagħha. Magħha ser jingħaqdu wkoll diversi kantanti Maltin li se jiġu mħabbra aktar tard mill-organizzaturi. Ira Losco ser tkun qed tinterpreta diversi siltiet mir-repertorju tagħha li għamluha l-aktar artista femminili ta’ suċċess ġewwa pajjiżna.

     

    Bħal dejjem, dan il-festival ser ikun qed jiġi offrut b’xejn lil kulħadd minħabba li l-interess tal-organizzaturi dejjem kien li jferrħu u joħolqu memorji lil dawk kollha li jattendu. Iktar informazzjoni għandha tingħata fil-ġimgħat li ġejjin fuq is-sit soċjali Facebook, fil-paġna Għaxaq Music Events.

     

    Summer Lust igawdi l-patroċinju prestiġġjuż ta’ Festivals Malta taħt il-fond Rock in Malta u tal-Kunsill Malti għall-Arti.

     

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook