Inawgurat tagħmir ġdid tal-WSC b’investiment ta’ €800,000

  • Fra 21, 2020 20:21
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Michael Farrugia, fl-ewwel laqgħa uffiċjali tiegħu mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, inawgura żewġ ‘jetting and suction bowsers’, li jingħaqdu mal-bqija tal-flotta li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex ikomplu jsaħħu n-netwerk tad-drenaġġ u l-pumping stations.

    Huwa qal li l-miri ta’ dan il-gvern huwa li jagħmel investiment f’teknoloġija ġdida u moderna, u dan għal żewġ raġunijiet prinċipali – li tiffaċilita x-xogħol tal-ħaddiema, u li tagħti servizz lill-poplu Malti u Għawdxi.

    Il-Ministru qal li l-gvern, permezz tal-Korporazzjoni, qed jassigura li jsir investiment sostanzjali biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ilma f’pajjiżna, u biex dak li jasal għand in-nies ikun tal-aqwa kwalità.

    Huwa fakkar anki kif, wara rapporti riċenti li saru dwar il-kwalità tal-ilma f’pajjiżna, ġie vverifikat li l-produzzjoni tal-ilma f’pajjiżna, il-kwalità, u l-kontenut tal-kimika huma skont id-direttivi tal-UE.

    Il-Ministru Michael Farrugia semma wkoll il-każi dwar serq tal-ilma li, b’xorti tajba, issa l-Korporazzoni għandha l-mezzi kif tidentifika fejn qed jinsteraq, u diġà ħadet azzjoni billi ġew spezzjonati numru ta’ postijiet fejn kien qed jinsteraq ammont ta’ ilma sostanzjali, u qed jittieħdu l-passi meħtieġa. 

    Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni, u sellem ukoll lill-ħaddiema li mietu fuq il-post tax-xogħol waqt li kienu qed jagħtu servizz lill-poplu Malti u Għawdxi.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook