13-il għaqda jingħaqdu kontra t-talba tal-FKNK biex tkun emendata l-Liġi dwar ir-Referenda

  • Fra 22, 2020 10:34
  • Miktub minn iNews

    Tlettax-il għaqda tas-soċjetà ċivili ngħaqdu flimkien kontra t-talba tal-kaċċaturi li jkunu legalment protetti milli jkollhom jiffaċċjaw referendum ieħor dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

    Il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) din il-ġimgħa ppreżentat petizzjoni lill-President biex il-liġi dwar ir-Referenda tiġi emendata bil-għan li referendum ma jkunx jista’ jinbeda jekk jinġabru l-10% tal-votanti eliġibbli, hekk kif tgħid bħalissa ll-istess liġi.

    L-FKNK qed tisħaq li minoranzi għandu jiġu protetti minn sejħiet kariċċjużi għal referendum.

    Fir-referendum li kien żvolġa fl-2015, l-elettorat kien ivvota favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Ir-referendum kien ġie fis-seħħ wara li gruppi ambjentali kienu ġabru 45,000 firma lkoll kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa.

    BirdLife Malta min-naħa tagħha ma eskludietx li tista’ terġa’ tipprova ssejjaħ għal referendum ieħor fil-futur.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook