Mix-xahar li ġej ir-Renju Unit b'passaport ġdid

  • Fra 22, 2020 17:23
  • Miktub minn iNews

    Ir-Renju Unit se tkun qed toħroġ passaporti lewn blu għall-ewwel darba mix-xahar li ġej fi kważi 30 sena biex jimmarkaw il-ħruġ tal-pajjiż mill-Unjoni Ewropea. Il-passaporti l-ġodda se jkunu qed jieħdu post il-passaport lewn aħmar skur li beda jintuża fost il-pajjiżi membri kollha tal-UE fl-1988.

    Is-Segretarju għall-Intern, Priti Patel, qalet li l-passaport se jkun l-aktar wieħed teknoloġikament avvanzat b’elementi ta’ sigurtà mtejbin u paġna li se jkollha teknoloġiji innovattivi.

    Patel qalet li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ta’ opportunità unika lill-Gvern biex jirrestawra l-identità nazzjonali hekk kif jaqbad triq ġdida fil-komunità internazzjonali.

    Madankollu mhux kulħadd laqa’ dan il-passaport b’mod pożittiv. Edward McMillan-Scott, mill-Moviment Ewropew, qal li l-passaport il-ġdid se jkun offiża għall-biċċa l-kbira tal-Ewropej. Qal li l-passaport se jkun simbolu tal-attitudni tal-Partit Konservattiv li se jkun qed jipprevali fil-konfront tal-bqija tal-Ewropa.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook