Adrian Delia jaħrab milli jwieġeb id-domandi

  • Fra 23, 2020 07:01
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Matul din il-ġimgħa IT-TORĊA għamlet talba biex tintervista lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, b’rabta mal-kwistjonijiet interni li għaddej minnhom il-Partit Nazzjonalista. Minkejja li għal xi ħin tana l-impressjoni li kien se jaċċetta l-istedina, aktar tard meta bagħatnielu d-domandi li konna se nistaqsuh, hu bagħat jgħidilna permezz tal-Uffiċċju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li ma kienx se jwieġeb għad-domandi tagħna. 

    Din id-deċiżjoni min-naħa ta’ Adrian Delia kienet waħda mhix mistennija aktar u aktar minħabba l-fatt li hu ma qabadx u qalilna mill-ewwel li ma jaċċettax intervisti minn għandna. Fil-fatt, meta għamilna kuntatt miegħu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, hu talabna biex ngħaddu d-domandi lill-persuna inkarigata mill-intervisti u qalilna li mbagħad nimxu minn hemm. Iżda mbagħad meta għaddejna d-domandi rċevejna email lura li fiha qalilna li ma kienx se jweġibna. 

    Filwaqt li d-domandi li bagħatnielu kienu kollha relatati ma’ dak li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista bħalissa, Delia kellu ċ-ċans kollu li jipprepara lilu nnifsu, jew inkella jweġibna bil-kitba ħalli jkun jista’ jikteb eżatt dak li jrid. Minflok għażel li ma jweġibniex. 

    Dan l-aġir tal-Kap Nazzjonalista jikkontrasta ħafna ma’ dak li qal hu stess u anke ma’ dak li jingħad mill-Partit Nazzjonalista kemm-il darba fil-pubbliku, jiġifieri li m’għandhom xejn x’jaħbu u li l-bibien tal-Partit Nazzjonalista huma miftuħin għal kulħadd. Jikkontrasta wkoll bil-kbir mal-fatt li l-Partit Nazzjonalista ħadha tant bi kbira għax il-midja tiegħu ma kinitx mistiedna għal ċerti avvenimenti tal-Gvern, iżda mbagħad hu stess qed jimxi bl-istess mod u jwieġeb biss għal intervisti ta’ min irid hu biss. 

    Fil-mistoqsijiet tagħna, aħna staqsejna lill-Kap Nazzjonalista dwar kif iħossu f’dan il-mument li mhuwiex wieħed mill-aktar faċli, kemm għalih u għall-Partit Nazzjonalista. Staqsejnieh kif iħossu, fir-rigward tar-riżultati tas-surveys li qed jgħidu li jrid jaħdem ħafna aktar biex jerġa’ jikseb il-fiduċja tan-nies. 

    Staqsejna wkoll x’hemm ħażin fil-Partit Nazzjonalista u jekk setax jevita ħafna mill-problemi tal-fazzjonijiet fil-partit kieku meta daħal f’din il-kariga talab lil dawk fil-fazzjonijiet biex jimxu fl-istess direzzjoni jew inkella jwarrbu. 

    Ma’ dawn staqsejnieh ukoll liema direzzjoni jrid jieħu l-Partit Nazzjonalista; jekk hix dik Konservattiva jew inkella d-direzzjoni liberali. 

    F’mistoqsijiet oħra staqsejnieh ukoll dwar il-fatt li ma ssottomettiex lilu nnifsu għal inkjesta dwar każi li kienet kitbet dwarhom il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u dwar jekk id-dejn tal-Partit Nazzjonalista naqasx minn kemm ilu li ħa t-tmexxija tal-partit f’idu. Barra dawn, staqsejnieh x’jaħseb dwar il-Mexxej Laburista l-ġdid Robert Abela u jekk iħossx li issa li rriżenja Joseph Muscat minn Mexxej Laburista u minn Prim Ministru tistax terġa’ tirpilja r-reputazzjoni ta’ pajjiżna. 

    Finalment, staqsejnieh ukoll dwar jekk iħossx li seta’ għamel xi ħaġa ħażina fit-tmexxija tiegħu u x’inhi l-istrateġija li jrid jadotta biex ibiddel din ir-rotta. Barra hekk, staqsejna x’riżultati qed jistenna minn dawn ir-riformi li qed isiru u jekk iħossx li permezz tagħhom jistgħu jingħaqdu l-fazzjonijiet differenti tal-Partit Nazzjonalista. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook