“Imxejna ’l quddiem ekonomikament iżda se nżomm sod għax għad għandna bżonn ta’ fondi ta’ koeżjoni” - Il-PM Robert Abela

  • Fra 23, 2020 11:02
  • Miktub minn iNews

    Waqt kollegament telefoniku fuq One Radio l-Prim Ministru Robert Abela filwaqt li awgura mumenti mill-isbaħ lil kulħadd f’dawn il-ġranet tal-karnival, tkellem dwar il-laqgħat tiegħu fi Brussell fejn flimkiem mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea iddiskuta il-qafas finanzjarju tal-baġit 2021-2027.

    Tkellem dwar Charles Michel li għadu dieħel fil-kariga u li laqqa’ dan il-kunsill bl-idea li jintlaħaq ftehim bilanċjat bejn l-istess stati fl-ewwel laqgħa. Huwa ddeskriva dan kollu bħala ambizzjoni daqsxejn ottimista żżejjed. Spjega li biex dan iseħħ riedi kollok 27 pajjiż jaqblu fuq kollox u kienet evidenti li ma kinitx xi ħaġa faċli biex dan iseħħ fl-ewwel jew it-tieni ġurnata.  Qal li peress li ma ntlaħaqx ftehim se jsiru aktar summits u se jkomplu d-diskussjonijiet, anke jekk għall-mexxejja dawn huma laqgħat diffiċli li jirrikjedu sigħat twal ta’ diskussjoni bla waqfien. 

    Tkellem dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE li kien wieħed mill-aktar kontributuri li se jħalli impatt dwar kif se jkun qiegħed jitqassam dan il-baġit. Spjega li minħabba l-avvanzi li għamel pajjizna, b’ekonomija li qiegħda tikber, hija aktar diffiċli titlob minħabba li l-ġid jaħdem kontrik f’din is-sitwazzjoni.

    Rigward il-politika agrarja spjega li hemm diskrepanzi kontra pajjiżna. Qal li fil-baġit li kien innegozja l-PN pajjiżna kien iħallas sitt darbiet aktar milli jirċievi, filwaqt li f’dan il-baġti qed jiġi propost li nħallsu 10 darbiet aktar milli nirċievu. Abela saħaq li hu nnegozja b’mod sod li ma nistgħux naċċettaw għax minkejja li pajjiżna mexa ’l quddiem ekonomikament xorta għad għandna bżonn ta’ fondi ta’ koeżjoni. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook