FILMAT: Residenti ta' bliet fl-Italja f'“paniku” biex jixtru provvista ta' ikel u prodotti iġjeniċi minħabba l-coronavirus

  • Fra 24, 2020 11:08
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif l-epidemija tal-COVID-19 fl-Italja qed tkompli tinfirex b’rata mgħaġġla, siti tal-aħbarijiet Taljani ppubblikaw ritratti li juru s-sitwazzjoni ta’ paniku li qed taħkem lil residenti ta’ wħud mill-bliet fit-Tramuntana tal-pajjiż.

    Ir-ritratti juru xkafef sħaħ ta’ supermarkets żvujtjati mill-prodotti, hekk kif in-nies qed tmur bi ħġarha tixtri provvisti tal-ikel, u prodotti iġjeniċi.

    Intant fis-sigħat li għaddew l-awtoritajiet tas-saħħa Taljani kkonfermaw ir-raba’ vittma tal-coronavirus, raġel ta’ 84 sena li miet fi sptar f’Bergamo. Is-siti tal-aħbarijiet Taljani qed jisħqu li r-raġel kien ibati minn kundizzjonijiet mediċi oħrajn. L-Italja huwa t-tielet l-aktar pajjiż fid-dinja b’infezzjonijiet tal-coronavirus, wara ċ-Ċina u Korea t’Isfel.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook