Għexieren jindarbu waqt parata tal-karnival fil-Ġermanja wara li karozza tinstaq aktarx deliberatament fuqhom

  • Fra 24, 2020 17:54
  • Miktub minn iNews

    Għecieren ta’ persuni huma rapportati li sofrew ġrieħi wara li karozza jidher li nstaqet b’mod intenzjonali fuq folla nies waqt parata tal-karnival fil-Punent tal-Ġermanja.

    Il-Pulizija ma setgħetx tikkonferma immedjatament kemm weġġgħu nies jew jekk is-sewwieq saqx il-vettura deliberatament fuq il-folla tan-nies fil-belt ta’ Volksmarsen.

    Reiner Linger, kelliemi għall-pulizija qal li “sfortunament f’dan l-istadju ma nistgħux neskludu li dan kien inċident intenzjonali”.

    Wara dan l-inċident il-Pulizija ħassru l-parati tal-karnival fl-istat Ġermaniż ta’ Hesse bħala miżura prekawzjonali.

    Il-midja Ġermaniża intant qed tirrapporta li s-sewwieq saq b’mod intenzjonali minn barriers tal-plastik li tpoġġew mill-pulizija fiż-żona fejn kienet qed tiżvolġi l-parata.

    Xhud li kien fuq il-post qal li s-sewwieq baqa’ jsuq fost il-folla għal distanza ta’ madwar 30 metru qabel ma l-karozza waqfet għal kollox.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook