“Ġieħ lil Esprit Barthet, Artist u Għalliem” … Wirja tal-arti fil-Parlament ta’ Malta

  • Fra 24, 2020 19:48
  • Miktub minn iNews

    Fil-Parlament ta’ Malta qed tittella’ wirja tal-arti “Ġieħ lil Esprit Barthet, Artist u Għalliem” bi ħsieb ewlieni li dan l-artist u għalliem jingħata tislima xierqa tal-kontribut li hu ta lill-arti u lill-kultura f’pajjiżna.

    Esprit Barthet twieled il-Belt Valletta, is-6 t’Ottubru 1919, tifel ta’ Camillo u Ġużeppina Grixti. Hu studja l-arti fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern fil-belt Valletta taħt l-imgħallmin tal-arti Edward u Robert Caruana Dingli. Hu kompla l-istudji tiegħu fl-arti fi Regia Accademia di Belle Arti u aktar tard fl-Ingilterra, fl-Academy of Arts ta’ Bath.

    Hu jitqies bħala artist prolifiku u versatili, ix-xogħlijiet tiegħu juru l-kapaċità straordinarja tiegħu partikolarment, f’portraits, natura morta, fl-astratt, romantiku u kubiżmu. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu kemm f’Malta, fost dawn fil-Palazz tal-President ta’ Malta, il-Belt Valletta u anke fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja, f’kollezzjonijiet għand Heritage Malta u oħrajn. Ix-xogħlijiet ta’ Esprit Barthet jinsabu f’pajjiż oħra, fl-kollezzjonijiet privati u mużewijiet.

    Esprit Barthet kien miżżewweġ lil Teresa Borg u kellhom sitt itfal. Hu miet fl-4 ta’ Lulju, 1999.

    Din il-wirja hi organizzata mill-Parlament ta’ Malta, flimkien mal-familja Barthet, u l-kuratur tal-arti s-Sur Emanuel V. Borg, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti tal-Arti u Heritage Malta.

    Il-pubbliku hu mistieden li jżur din il-wirja fil-bini tal-Parlament ta’ Malta sal-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2020, matul il-ġimgħa mid-9.00 ta’ filgħodu sal-5.00 ta’ wara nofsinhar, Sibtijiet u Ħdud mid-9.00 ta’ filgħodu sal-12.30 (nofsiegħa).

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook