“Il-biża' hija esaġerata ... m'hemmx bżonn li n-nies jiġru għall-ħwienet”

  • Fra 25, 2020 18:18
  • Miktub minn iNews

    Profs Michael A. Borg mill-Infection Control qal li dan huwa virus ġdid u rridu noqogħdu attenti. Qal li minkejja dan l-kummenti fuq il-midja soċjali huma "way off".

    Spjega li bħala pajjiż; "Aħna attrezzati daqs, jew aħjar minn postijiet oħra, fejn tidħol il prevenzjoni." Kompla biex jgħid li għalhekk qed issir enfasi fuq l-ajruport u issa fil-portijiet. Qal li l-biża' hi li l-virus jiġi impurtat u għalhekk qed tiżdied il-prekawzjoni.

    Kompla biex jispjega li l-influwenza qatlet mijiet ta' eluf ta nies din is sena, ħafna iktar mill- Coronavirus u li bħala sptar "aħna preparati daqs jekk mhix iktar sptarijiet oħrajn".

    Qal ukoll li hawn protokolli, fosthom kamra tal-apposta; filkas ta' persuni li jiġu minn wieħed minn dawn il-pajjiżi u jkollu s-sintomi hemm s- sala imħejjija. Sostna li "din kienet diġà hemm aħna u nipprepraraw ghall ebola, aħseb u ara għal xi ħaġa bħal din."

    Rigward magni qal li nġiebu magni biex jgħinu fil-ventilazzjoni u purifikazzjoni tal-arja fi ħdan id-dipartiment. L-infermiera, madwar 350, qegħdin jingħataw taħriġ wieħed b'wieħed, relatati ma' mard infettiv, u jkunu assessjati b'mod rett.

    Il-konferenza temmet bl-appell għall-kalma, bir-rappreżentanti jsostnu li m'hemmx bżonn li n-nies jiġru għall-ħwienet u jixtru l-ikel mhux bżonjuz għax "il-biża' hija esaġerata".

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook