Erba' xhur ħabs talli kienet Paceville wara l-ħin

  • Fra 25, 2020 18:30
  • Miktub minn iNews

    Mara mwielda l-Marokk li għandha ċittadinanza Maltija kienet ikkundannat erba' xhur ħabs wara li nstabet ħatja li kienet Paceville fil-ħin li suppost kienet id-dar. Saida Agius, li għandha 42 sena u tgħix San Pawl il-Baħar, kienet arrestata wara li żewġ pulizija lemħuha Paceville meta waħda mill-kundizzjonijiet li bihom inħelset mill-arrest fuq każ ieħor kien jobbligaha tkun id-dar fid-9.00 p.m.

    Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri hija rrifjutat l-assistenza tal-Avukat Noel Bartolo li ġie msejjaħ biex jgħinha bħala avukat tal-għajnuna legali għax qalet li ma tafux. Hija ammettiet li kienet Paceville madankollu sostniet li kien hemm sat-8.30 p.m. u li kieku ma twaqqfitx mill-Pulizija kienet se taqbad taxi biex tasal lura darha fil-ħin. Wara li sema żewġ pulizija jgħidu li rawha Paceville f'dawk il-ħinijiet, il-Maġistrat Camilleri sabha ħatja tal-akkuża miġjuba kontriha mill-Ispettur Joseph Xerri u ikkundannaha erba' xhur ħabs.

    F'Jannar li għadda Agius kienet mixlija quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq li rreżistiet lill-Pulizja u m'obdietx l-ordnijiet, insultat wieħed u weġġgħet ħafif pulizija mar wara li kienet arrestat fuq inċident fi stabbiliment f''Paceville.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook