Raġel iħoll il-'bolts' tar-roti tal-karozza tal-mara

  • Fra 25, 2020 19:45
  • Miktub minn iNews

    Imħallef laqgħet it-talba ta' mara biex tingħata l-kustodja esklussiva ta' bintha wara li semgħet kif ir-raġel kien jittrattaha ħażin tant li darba sabet il-'bolts' tar-roti tal-karozza maħlulin u ż-żejt tal-karozza battal meta ftit qabel kien qalilha li xtaqha taħbat. Kien ftit wara li żżewġu li l-mara ħarġet tqila u peress li ġieli kien jixrob u jieħu d-droga talbitu biex jieqaf.

    Meta kellha xahrejn tqala huwa kien ikkundannat piena ta' ħabs u għalkemm għall-ewwel sitt xhur wara li ħareġ mill-Ħabs beda miexi tajjeb magħhom il-karattru tiegħu reġa' sar pussessiv, paranojku u aggressiv. Peress li kien jirrabja ħafna mat-tifla meta ma kinietx tagħmel dak li ried il-mara ma kinietx tafdah waħdu anke għax darba anke poġġiha fuq quddiem tal-karozza mingħajr 'seat belt'. Hija rrakkuntat każijiet ta' vjolenza fosthom darba meta ried jitlaq kmieni minn festin tal-familja u għax ma riditx beda jiġbidha minn xagħarha u beda jagħtiha bil-ponn fejn spiċċat b'wiċċha mbenġel. F'każ ieħor huma kienu għadhom kemm irritornaw id-dar mat-tifla u t-tifla li l-omm kellha minn relazzjoni preċedenti u spiċċa jsabbatha mal-art u ipprova jifgaha.

    Għalkemm ikkonvinċietu jattendi programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga u qalilha li kien se jagħmel wieħed f'Għawdex hija skopriet li fil-fatt kien mar f'lukanda f'Malta u qagħad jieħu d-droga. Huwa beda jattendi programm ta' rijabilitazzjoni imma m'obdix l-istruzzjonijiet li kien jingħata tant li mhux biss twaqqaf imma t-terapista stess tatha parir ittemm ir-relazzjoni. Minkejja dan baqa' iffissat fuqha u saħansitra kien jorqod fil-karozza quddiem id-dar tant li kienet tħossha mwerwra. Wara l-inċident tal-karozza hija daħlet ma' bintha f'xelter għall-vittmi tal-vjolenza domestika u ftit wara tressaq fil-Qorti mixli bi vjolenza fil-konfront tagħha għalkemm ħarab mill-Qorti u nqabad tliet ijiem wara.

    Għalkemm huwa kien ikkundannat il-ħabs huwa baqa' jipprova jagħmel kuntatt magħha imma minkejja li riedet tgħinu kienet determinata li ttemm għal kollox ir-relazzjoni.

    Hija fetħet il-kawża fil-Qorti tal-Familja biex tieħu l-kustodja totali tat-tifla bl-Imħallef Jacqeline Padovani Grima tilqaha wara li r-raġel lanqas biss interessah jattendi għall-istess kawża.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook