Dr Josianne Cutajar maħtura fit-Taskforce għat-Turiżmu - ''Irrid nara suq turistiku aktar ġust''

  • Fra 27, 2020 18:15
  • Miktub minn iNews

    Il-ħidma fil-qasam turistiku ta’ Dr Josianne Cutajar fil-Parlament Ewropew qed tiġi rikonoxxuta, hekk kif hija intgħażlet biex tifforma parti mit-Task Force għat-Turiżmu fil-Parlament Ewropew. 

    Din it-task force se tkun kruċjali biex tinbena politika Ewropea iktar b’saħħitha dwar it-turiżmu sostenibbli.

    F’kummenti li tat wara l-ħatra tagħha, Cutajar, li ser tkun qed tirrappreżenta lis-Soċjalisti u Demokratiċi, saħqet li l-isforz Ewropew li qed isir kontra t-tibdil fil-klima ma jkun jiswa xejn jekk ma jsirx sforz ukoll biex it-turiżmu jkun sostenibbli.

    Il-Membru Parlamentari Ewropew saħqet li hija entużjasta sabiex tara li pajjiżi Mediterranji, fosthom gżejjer neqsin mir-riżorsi naturali bħal Malta u Għawdex, jibqgħu jsibu sostenn ekonomiku mill-qasam turistiku, iżda b’mod sostenibbli. 

    “Għalhekk jeħtieġ li fuq livell lokali, nassiguraw ippjanar urban intelliġenti, u nipproteġu l-ambjent naturali, biex it-turist jibqa’ jfittixna bħala destinazzjoni li għandha ħafna x’toffri,” enfasizzat Cutajar.

    Josianne Cutajar wasslet dan il-messaġġ direttament lill-protagonisti fil-qalba tas-settur turistiku lokali proprju meta indirizzat il-laqgħa ġenerali annwali tal-Awtorità tat-Turiżmu Għawdxija (GTA). Hija saħqet kif biex nassiguraw li l-prodott turistiku Għawdxi jibqa’ sostenibbli rridu niffaċċjaw l-isfidi li għandna quddiemna. L-industrija għandha rwol importanti x’tilgħab bl-impenn tagħha biex tkun aktar effiċjenti fis-servizz u l-operat tagħha waqt li fuq livell politiku jrid jinstab il-bilanċ biex issir il-qabża neċessarja mingħajr ma npoġġu f’riskju l-kompetittività jew il-konnettività ta’ gżejjer żgħar. 

    Cutajar, li hi attiva wkoll fil-qasam teknoloġiku, tkellmet ukoll dwar kif is-sostennibilità trid tinsab ukoll fil-pjattaformi online li joffru servizz jew prodott turistiku, u li għandhom jiġu evitati monopolji f’dawn is-servizzi. Dan saħqitu fil-kuntest fejn il-konsumatur dejjem jiddependi iktar minn servizzi fuq l-internet. 

    Cutajar qed taħdem biex l-Unjoni Ewropea taħseb għal fondi speċifikament allokati għal turiżmu sostenibbli fil-baġit tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali Ewropew.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook