Imnedija l-App 'YOUCAT Daily' waqt ir-Randan bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

  • Fra 27, 2020 20:45
  • Miktub minn iNews

    ACN (Malta) qed tintroduċi YOUCAT Daily App immirata għal tfal u żgħażagħ. Din l-app isservi kemm bħala kumpanija tajba, kif ukoll bħala sors ta’ ispirazzjoni li tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jsegwuha anke fil-ħin liberu tagħhom.

    Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali ta’ ACN (Malta), qal “Il-YOUCAT Daily hi sors tajjeb ħafna u tassew utli biex tgħin bl-aħjar mod lil tfal u żgħażagħ jimmaturaw fil-fidi Kattolika. Fil-ġimgħat li ġejjin, se nkunu qed infakkru żewġ avvenimenti importanti: iż-żmien tar-Randan, li matulu l-Knisja tħeġġiġna nitolbu u nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, fost azzjonijiet tajba oħra, u ż-żjara tal-Papa li se ssir fl-aħħar ta’ Mejju. Bi tħejjija għal din iż-żjara, l-Isqfijiet Maltin diġà appellaw biex "ngħixu f'rikonċiljazzjoni vera flimkien u nittrattaw lil xulxin b'dinjità u bi tjubija liema bħalha.”

    YOUCAT Daily tgħin biex tidentifika u tibni għarfien dwar kwistjonijiet ewlenin fid-dinja, bħal vjolenza, biża’, mibegħda, inugwaljanza, tniġġis ambjentali, u terrur. L-app turi kif wieħed jista’ jtejjeb u jbiddel is-soċjetà għall-aħjar permezz tal-qawwa tal-Evanġelju.

    Bħala app ta’ ispirazzjoni u faċli biex tużaha, il-YOUCAT Daily toffri l-opportunità li jkollok il-Qari ta' Kuljum miegħek il-ħin kollu, u għalhekk tista’ tinqara, pereżempju waqt li persuna tieqaf ftit minn dak li tkun qed tagħmel.  Tinkludi ukoll mistoqsijiet u tweġibiet meħudin minn YOUCAT (il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika) jew DOCAT (li jittratta t-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika). Kollox hu mmirat biex juri liż-żgħażagħ kif jaħdmu favur it-tkattir ta’ “ċiviltà ta’ imħabba”, ispirata mill-Evanġelju u b’siltiet minnu ta’ kuljum.

    L-app tista’ titniżżel mingħajr ħlas minn App Store jew Play Store. 

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook