Ħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek!

  • Mar 26, 2020 19:26
  • Miktub minn iNews

    L-Ewro-Parlamentari u l-Ko-President tal-Alleanza għas-Saħħa Mentali fil-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba dalgħodu nieda l-kampanja "Recharge Your Brain...Stay Sane". Din il-kampanja qed imexxiha 'l quddiem b'kollaborazzjoni ma’ Gamian Europe, l-alleanza Ewropea li tiġbor NGOs Ewropej (fosthom ir-Richmond Foundation) li jaħdmu ma' pazjenti li għaddejjin minn diffikultajiet marbuta ma' saħħa mentali. 

    Agius Saliba sostna li f’dawn iż-żminjiet mhux daqstant faċli għad-dinja minħabba l-imxija tal-COVID-19, jeżisti riskju reali ta' problemi relatati mas-saħħa mentali u għaldaqstant qed imexxi 'l quddiem din il-kampanja sabiex kulħadd ikun konxju mir-responsabbilita' tiegħu u nnaqsu dawn ir-riskji minn fost l-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjeta' tagħna. 

    Matul il-jiem li ġejjin permezz ta' din il-kampanja, Agius Saliba ser ikun qed imexxi numru ta’ messaġġi pożittivi dwar is-suġġett, bil-għan li jgħin lil min għandu bżonn u joħloq klima aktar sensibbli lejn kwistjonijiet ta' saħħa mentali f'dawn iż-żminijiet. 

    Huwa qal li waħda mill-akbar problemi għas-saħħa mentali hija s-solitudni u għaldaqstant appella sabiex nagħtu każ dawk il-persuni li jgħixu waħedhom billi nippruvaw inżommu kuntatt regolari magħhom f'dawn iż-żminijiet.  

    Agius Saliba saħaq illi problema ewlenija li qed taffettwa lil dawn il-persuni f’dawn il-mumenti tant diffiċli hija l-Fake News li sfortunatament qed jinxterdu fuq il-mezzi ta’ midja soċjali bħal Facebook, Twitter u Instagram. Huwa sostna li f'dawn iż-żminijiet, dawn il-pjattaformi soċjali għandna nużawhom sabiex inxerrdu materjal pożittiv li ma jkomplix joħloq aktar anzjetà u ambjent negattiv. 

    L-MPE Agius Saliba temm jgħid li f'din is-sitwazzjoni kulħadd għandu rwol x'jilgħab sabiex nevitaw problemi ulterjuri ta' saħħa mentali.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook