Ngħixu ma’ xulxin

  • Aww 14, 2013 08:10
  • Miktub minn

    Is-siti soċjali huma għodda tajba biex dak li jkun jesprimi l-ħsibijiet tiegħu. Konsegwenza ta’ dan qegħdin nifhmu wkoll kemm xi drabi nsibuha diffiċli f’din is-soċjet ċkejkna biex ngħixu ma’ xulxin, biex nittoleraw lil xulxin.

    Issib min jilmenta għax inħarqu l-murtali u li kien għalih iwaqqaf għal kollox il-piroteknika. Anke jekk hija żvog għal mijiet li jaħdmu fiha u eluf li jarawha.

    Issib imbagħad min jitkellem fuq il-kaċċaturi u n-nassaba daqs li kieku l-ikbar kriminali. Saħansitra qiegħda tinġabar petizzjoni bil-għan (bħala l-ewwel pass), li twaqqaf parti sostanzjali mid-delizzju ta’ dawn in-nies.

    Oħrajn jilmentaw għax it-triq ingħalqet għal xi festa u oħrajn igergru għax kien hemm l-istorbju b’xi kunċert jew lejla Maltija. U nibqgħu sejrin hekk ma nieqfu qatt.

    Oħrajn igergru dwar l-immigrazzjoni u oħrajn iqajjmu dubji dwar id-drittijiet li għandhom jingħataw ċerti minoranzi.

    Il-moda l-ġdida hi li kulħadd irid referendum. “Ejja naraw x’jaħseb il-poplu dwar jekk għandniex nibagħtu l-immigranti lura,” hemm min jargumenta. Filwaqt li oħrajn jargumentaw favur referendum f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-minoranzi (bħal dak tad-divorzju.),

    Il-punt kollu hu li jkun żball li nibdew nemmnu li nistgħu niddeċiedu dawn l-affarijiet b’referendum. Aħna m’aħniex ngħixu f’tirranija tal-maġġoranza.

    Irridu nitgħallmu ngħixu ma’ xulxin. Irridu nħaddnu l-valur tat-tolleranza u dan għandu jiġi miż-żewġ naħat. Rajt nies li kienu qegħdin jitkellmu favur l-inklużjoni ta’ ma nafx kemm il-tip ta’ reliġjon, iżda imbagħad jagħmlu plejtu għax fir-raħal tagħhom ingħalqet għal jumejn it-triq biex mijiet jiċċelebraw festa.

    Oħrajn jitkellmu b’qawwa kontra l-kaċċa, iżda jikkundannaw b’agressivit lil min jikkundanna l-abort.

    Oħrajn jiddeċiedu li bajja jagħmluha tagħhom b’caravans jew armar ieħor, filwaqt li dawk li caravan m’għandhomx jemmnu li dawn lanqas għandhom jeżistu f’pajjiżna. U nibqgħu sejrin hekk.

    Mhux l-iskop ta’ dan l-editorjal li nagħtu opinjoni dwar kull tema hawn fuq. Se jkun hemm opinjonijiet differenti dwar kull suġġett u alla ħares mhux hekk.

    Iżda, f’dan il-pajjiż ċkejken irridu nibdew nifhmu li l-ispazju hu dak li hu. Iċ-ċokon iġib miegħu ċerti sfidi. Eluf ta’ fehmiet, xewqat u aspirazzjonijiet differenti qegħdin jikkompetu għall-istess nifs. Għaldaqstant huwa importanti ferm li nittolleraw iktar lil xulxin. Nifhmu iktar lil xulxin. Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet tal-pajjiż għandhom jieħdu rwol ċentrali biex f’ħafna każi jintlaħaq il-bilanċ mixtieq. Sabiex kulħadd iħossu parti minn dan il-pajjiż.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook