Dinja Għalija – Tridx Ma Tirranġali Xejn…

  • Lul 01, 2014 18:15
  • Miktub minn

    Li kont minnek… kieku jien… imma jaħasssra… mhux hekk ta… jien biex tirranġa ħi… jien biex ma tkomplix tħawwad…

    Kemm-il darba smajniehom dawn il-kliem? U mhux talli jridu jgħidu lilek, u lili, x’għandna nagħmlu biex inkunu bravi u perfetti daqshom… talli jridu jgħidu lill-Prim Ministru, lill-Isqof, lill-Papa, lill-Gvernijiet tad-dinja kollha… u saħansitra lil Alla, anki jekk ma jemmnux biH, fejn jaqbillhom.

    Mhux kull min hu lest u ħafif biex jagħti parir ikun komdu jaċċetta wieħed. Imma għalissa, inħalluna minn dan.

    Jgħidulek li “iriduk tkun sew” – meta id-definizzjoni ta’ “sew” hi dik tagħhom, u mhux tiegħek. Iridu jorganizzawlek ħajtek biex, skont huma, jagħmluhiek iżjed sempliċi… meta d-definizzjoni ta’ “sempliċi” hi dik tagħhom, u mhux tiegħek. U wara kollox, forsi int tħobb il-ħajja meta tkun ikkumpikata – bħal meta tintroduċi lil xi ħadd mħux bħala “Catherine”, iżda bħala l-kuġina tal-kuġina, għax missierha jiġi ħu r-raġel t’oħt ommok. 

Iridu joroganzzawlek ħajtek. Jew billi jgħallmuk tagħmel il-listi kontra listi, jew billi joffru li jiġu għandek u jagħmlu dirgla u jarmulek il-vażetti vojta kollha li għandek “għax issa bit-tarbija l-ġdida / ommok ma tiflahx / bla raġel” ‘żgur mhux ser issib ċans tagħmel il-ġamm għall-baazaar tal-parroċċa kif kont tagħmel qabel.

    Jgħidulek li għandek ħafna ħwejjeg li m’għadhomx jiġuk sew, għax għolobt bl-inkwiet, jew għax ħxint bl-ikel li qed tiekol għax għandek in-nervi… Anqas jgħaddilhom minn moħħom li jitolbuk permess…

    Mela issa xi ħin jiġu u jduruhielek. Mhux L-Erbgħa, imma, għax imorru s-Suq ta’ Birkirkara (u ara taħseb li ħa jaraw tridx tmur magħhom…),.

    Hawn min jagħmillek skedi ta’ faċendi… bħal dik il-poeżija tat-tfal… It-Tnejn nibdew bil-ħasla, it-Tlieta ftit mogħdija…

    Żomm l-ordni u l-ordni żżomm lilek. U jiżbarazzawlek kollox u ma ssibx dak li kont kapaċi tnewwiulhom b’għajnejk magħluqa għax kollox kont taf fejn hu.

    Jixtrulek ċarts u aġendi u tabella kkulurita, bil-kalamiti, għal mal-friġġ. Jixtrulek kaxex sbieħ, miksijin bil-karti mlewna, biex ma tħallix żraben jiġru barra taħt is-siġgijiet. Joffrulek li joħdulek il-gazzetti u rivisti li għandek fil-garaxx fil-Bring In Site.

    Jirranġawlek il-bottijiet tal-priserv f’ordni alfabetiku, allavolja jafu li int trid il-ħalib mar-rokna tax-xellug, u l-polpa tat-tadam man-naħa tal-lemin biex issibhom mill-ewwel. “U dawk tidrahom!” itennu.

    Jekk int tgħid lil dawn li jridu jorganizawlek ħajtek (u fl-istess ħin jaqtgħu kurżità x’għandek id-dar), li m’għandekx bżonn għajnuna, jew jgħidulek li inti stramba, jew li ksirthom, jew li int supperva, jew li ser iġorrok il-qamel daqt.

    U tgħid m’intix kapaċi tiddeċiedi int li:

    # Sakemm ma tridx iżżejjen bihom, int u uliedek qatt ma ser tilgħabu b’587 ors tal-plaxx;

    # Issa li xtrajt żewġ laptops, ma tanxt hemm ċans li ssewwi kompjuter daqs illum u għada;

    # Qatt m’inti se ddewweb il-ħames mitt tarf tas-sapun li għandek, biex imbagħad terġa tnixxef it-taħlita fuq il-bejt u minnha toħroġ żewġ sapunijiet ġodda.

    # Anqas jekk titlef mitt libbra m’huma ser jerġgħu jiġuk dawk il-ġins;

    # Ilek mill-iqas 20 sena ma tagħti pont suf; il-merilli qed jieħdu l-post għal xejn...

    # Il-mediċini li għaddew l-annati minn fuqhom imarrduk iżjed, mhux ifejquk;

    # Il-floppy disks m’għandekx fejn idddeffishom fil-laptop – u –cassettes m’għandekx fuqhiex iddoqqhom fir-radju l-ġdid.

    Mela wara kollox, int mhux torganizza jew tiżbarazza trid… imma tissimplifika. U mhux tagħmel ġurnata bil-kmiem imxammra trid… iżda nofs minuta tiddeċiedi x’ħa tagħmel meta tiġi xi ħaġa f’idek li ilek qatiegħ ma tużaha, u iżjed u iżjed jekk taf li kieku kienet għand xi ħadd ieħor, jarak anġlu talli tkun tajthielu.

    Inqas ma jkollok affarijiet, inqas ikollox ma’ xiex torbot qalbek, u inqas ikollok xi tfarfar, u iżjed ikollok ċans għalik innifsek, u biex tagħmel dak li jogħġbok.

    Tinsiex, wara kollox, li hawn min “jorganizzalek” l-affarijiet mhux billi jnaqqilek dak li jidhirlu hu, li hu ż-żejjed (u li għalik jista’ jkun importanti),, iżda billi jippakjalek kollox fil-kaxxi, f’xi store… basta ma jkunux jidhru, u hu jkun deher li għamel xogħlu.

    Iżjed ma tqassam ġidek issa, inqas tħalli nkwiet wara mewtek.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook