Photo finish

  • Set 05, 2014 09:39
  • Miktub minn

    Ma kinitx kelma.

    Ricky Gervais għadda kumment li l-ġist tiegħu kien li jekk int ‘personalità’ jew ‘ċelebrità’ u ma tridx li r-ritratti kompromettenti tiegħek jinxterdu mas-sebat irjieħ… mela allura tiħux ritratti kompromettenti.

    Saħansitra għandi ħbieb li jaħsbu li hija ħaġa minn awl id-dinja li dawn ir-ritratti kważi pornografiċi jeżistu, “għax dawk stilel ta’ Hollwood…” U meta nistaqsihom xi jidu jgħidu biha din, jgħiduli, “U ajma mhux ovvja li dawn ikunu jħobbu jagħmlu hekk?”

    Kien hemm żmien meta ritratt “pastaż” kien jintrefa’ f’kexxun… u forsi, forsi, wara l-mewt ta’ xi ħadd ‘importanti’ jinbiegħ mill-werrieta, biex idabbru xi ħaġa żejda minn fuq dahar il-mejjet.

    Inkella xi mudelli jew artisti li jkunu ‘moda’, jieħdu salt ritratti biex minnhom isir kalendarju li jibqa’ jfakkarhom meta ma kellhomx tikmix, u silicone, u xuxa bajda jekk ma jtuhiex lagħqa żebgħa.

    U ma ninsewx li hemm min dawn r-ritratti jużahom biex jirrikatta lil haddiehor, jew biex iwaqqagħhom għaċ-ċajt. U hawn min ixerridhom biex juri li kien kapaċi jiddubbahom, b’xi mod jew ieħor.

    Jien ħaġa waħda ma nistax nifhem. Għaliex dawn il-personalitajiet ħassew il-bżonn li, kif jgħidilna r-riklam, ikollhom aċċess għall-fajls tagħhom il-ħin kollu, minn kullimkien? Possibbli li tant għandhom ħajja mgħaġġla li lanqas ċans joqgħodu bilqiegħda quddiem il-laptop tad-dar tagħhom, itektku tnejn, u jiftakru fil-mumenti intimi tagħhom, biex b’hekk jikkontrollaw (sa fejn hu possibbli), it-tixrid ta’ dawn is-selfies u klips?

    Hawn ħafna min, xi darba jew oħra, ra stampa ta’ qattus b’xi frażi li tnissel tbissima, bil-logo Lolcats. Issa, mill-istess sit fejn jinstabu dawn, li ġie msejjaħ ir-rokna l-żjed skura tal-Web, u d-disa' ċirku ta' 'infern', ħarġu ritratti personali u intimi ta’ xi personalitajiet – għalkemm l-esperti qed jgħidulna li dawn ir-ritratti ttieħdu mill-accounts personali tagħhom, u mhux minn xi database jew storage (iCloud eċċ),.

    Qed jingħad ukoll li l-kollezzjoni ilha tinġabar is-snin, u mhux minn persuna waħda. Meta dehrihom li kien il-waqt u l-ħin li jesponu kollox, hekk għamlu. Il-kontijiet taċ-ċelebritaijiet ġew kompromessi minn attakki li saru fuq l-ismijiet tal-utenti, xi ħaġa li saret komuni. Għaliex kemm ser indumu ngħidu x’kien fihom l-imejls ta’ Sarah Palin, li dik tqila, u li dawk iżżewġu, u li l-oħrajn ġew Malta – fl-aħħar, inkunu irridu xi ħaġa iżjed titillanti.

    Żmien ilu, Vanessa Williams saret taf li ritratt jista’ jintuża minn nies malinni għall-iskopijiet tagħhom – xi ħaġa li iżjed tard, saret tafha wkoll Vanessa Hudgens. Daż-żmien, it-teknoloġija ġabet udjenzi ikbar; b’xi ħaġa trid tagħmihom lil 7,000,000 ruħ. U x’hemm aħjar minn ritratti skifużi ta’ mitt mara, biex tagħmel dan?

    Hawn Malta stess naraw li fil-kompetizzzjoni (gwerra?), biex jiksbu iżjed qarreja u /jew klikkjaturi, uħud mill-media messew il-qiegħ.

    Dan it-tixrid ta’ ritratti ntqal li huwa intrużiv, u vjolazzjoni u ksur tad-drittijiet għal-privatezza. Sar ħafna kliem dwar passi legali li ser jittieħdu kontra min jinstab li qed imexxi dawn ir-ritratti. Allura ħadd ma tgħaddilu minn moħħu li dan huwa tixrid ta’ pornografija?

    Jien ngħid li kieku dawn ir-ritratti kienu f’armarju msakkar, u li ċ-ċavetta tiegħu tkun dejjem imdendla ma’ ħannieqa dwar għonq ta’ min huma, dan kollu ma kienx jiġri – sakemm il-personalità minn jeddha ma tagħżilx li taqsam ir-ritratti hi mal-fans tagħha. U m’għandniex xi ngħidu, dejjem ser ikun hawn min jippretendi li l-klips insterqu, bħalma hawn min qed taparsi jkollu wardrobe malfunction waqt xi ċerminonja li jkunu qed jarawha miljuni ta’ nies.

    Ix-xjuħ tagħha kienu jgħidu 'tafdax, biex ma tħallilx' – għax mhux kulħadd, meta tiġih it-tentazzjoni, jaf jibqa’ lura. U iva mhux kulħadd jagħmel hekk? Kemm hu sew li tista’ tissindika l-ħajja privata ta’ ħaddieħor, filwaqt li tibqa’ tgħatti xturek.

    Aħna lkoll, u forsi iżjed u iżjed min għandu ismu magħruf, nafu li hawn ħafna sriep u lpup jiġru mas-saqajn, lesti biex jaqbdu ma’ dak li jkun… għal raġunijiet differenti, mhux għall-qligħ tal-flus biss. Għax kultant, x’hemm aħjar milli twaqqa’ r-reputazzjoni ta’ xi ħadd li int tqis li b’xi mod (fama, flus, ġmiel…), hu ‘aħjar’ minnek, u ġġibu jew fil-livell tiegħek jew inqas minnek?

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook