Pssst! Għandek bżonn xi ħaġa'

  • Set 12, 2014 06:43
  • Miktub minn

    “Jaħasra, miskina…” kliem li qegħdin fuq ħalq uħud – kliem li lili jittikawni u jirrabjawni, imma kliem li għal xi wħud jistgħu jkunu ta’ solliev… u ingann.

    Storja li kessħitni kienet dik ta’ Nadia Kajouji, minn Ottawa, il-Kanada.

    Din kienet waħda minn dawk li b’ħafna “jaħasra, miskina” u kliem ieħor simili, saret vittma ta’ William Melchert-Dinkel.

    L-istorja bdiet meta Nadia, f’waħda mill-eluf ta’ chatrooms li jeżistu, stqarret li kellha ħafna dwejjaq, u li xtaqet ittemm kollox.

    Hawn daħlu fin-nofs Li Dao u Cami u Falcon Girl li iżjed tard, minn investigazzjonijiet li damu biex bdew għax kien hemm min deherlu li min irrapporta kien “qed jesaġera”, instab li mhux talli kienu l-istess persuna, iżda talli lanqas biss kienu nisa, imma kienu alter egos ta’ Melchert-Dinkel.

    Dan, kif għamel ma’ oħrajn, waqqaf patt ta’ suwiċidju mgħha – patt li bħall-oħrajn, kien falz, għax hu ma kellu ebda intenzjoni li jneħħi ħajtu – anzi kien bi ħsiebu jara dan l-att iseħħ quddiem għajnejh biex jithenna bih.

    Melchert-Dinkel, li qabel ma tteħditlu l-liċenzja, kien infermier, għadda ġuri nhar it-Tlieta f’Minneapolis, fl-Istati Uniti, akkużat li minn fuq l-internet, inkoraġġixxa lil xi wħud biex ineħħu ħajjithom.

    Hawn tidħol fl-istorja Celia Blay, mara Ingliża ta’ 65 sena, minn Wiltshire. Din kienet f’chatroom meta Nadya qaltilha li kienet għamlet patt ma’ tfajla oħra, biex it-tnejn imutu fl-istess ħin.

    Lill Celia għokritha għajnejha u wara xi żmien, bdiet tinduna kif Melchert-Dinkel kien qed ifassal il-pjanijiet biex filwaqt li jaħbi l-identità tiegħu, jagħmel ħbieb ma’ żgħażagħ vulnerabbli biex iħeġġiġhom ineħħu ħajjithom.

    Hu kien kompliċi biex Mark Drybrough, ta’ 32 sena, minn Birmingham, ineħħi ħajtu, minbarra Nadia Kajouji, ta’ 18-il sena, li semmejt iżjed ‘il fuq.

    Meta aħna nitkellmu fuq assisted suicide, x’aktarx li nimmaġinaw lil xi ħadd marid sew, f’qiegħ ta’ sodda, jokrob bl-uġigħ li bilkemm il-morfina ma ttaffih, u jgħidilna li mhux li kien jintemm kollox. Iżda dawn il-każi kienu għalkollox differenti minn dan – dawn kienu żgħażagħ f’saħħithom iżda li kienu għaddejjin minn perjodu ta’ dwejjaq.

    Ta’ min jgħid li l-predatur qatt u qatt ma ta parir la lil Mark u anqas lil Nadya, u la lil ħadd mill-oħrajn li qal li kellem, biex jitkellmu ma’ ħbieb “reali” (mhux fuq l-internet),, jew jieħdu parir mingħand tabib, jew qassis. Din hija ovvja, u tipika, għax iżjed tard, Melchert-Dinkel stqarrr li “ħa gost” joħloq dawn is-sitwazzjonijiet u jixtri dak li kien hemm bżonn biex jitwettaq is-suwiċidju.

    Celia kompliet tindaga, u sabet li Li Dao “kienet” tieħu sehem attiv f’ħafna fora dwar is-suwiċidju assistit. Kien hemm ftehim ma’ mill-inqas sitta min-nies, li wħud minnhom kienu skedati għall-istess ħin. Iżda l-ironija hi li l-pulizjia qalu lil Celia li l-kopji tal-messaġġi li ħaditilhom kienu anonimi, u ma setgħux jieħdu passi dwarhom. L-FBI lanqas biss irrispondewha.

    Mal-ħbieb tagħha, Celia organizzat Sting biex jaqbdu lil William fil-fatt. Skoprew l-IP, u l-indirizzi tal-imejl, u t-tnejn kienu ta’ William Melchert-Dinkel. U fl-aħħar, il-pulizija għamlu li kellhom jagħmlu. Fil-15 ta’ Marzu 2011, il-każ kriminali kien ippreżentat f’Ross County, Minnesota. Għal Mark u Nadya, u x’aktarx għaxra oħra, kien tard wisq.

    Melchert-Dinkel fl-aħħar ammetta li kien il-“konsulent”, għax wara kollox “jifhem”, għax infermier. Iżda saħaq li iżjed tard waqaf milli jagħti l-pariri, minħabba “kwistjonijiet morali, etiċi u legali”. U kulma weħel huma 360 jum ħabs, u multi u pagamenti ta’ għoti lura ta’ $47,450.

    Irid ukoll jagħmel 8 sigħat ta’ servizz fil-komunità, kull sena, fix-xhur ta' Marzu u Lulju għal għaxar snin. Ma jistax ikollu aċċess għall-internet, minbarra fuq xogħol, u ma jistax jiġi impjegat fil-qasam tal-kura tas-saħħa, u għandu jkompli t-terapija.

    Kull pajjiż għandu l-liġijiet tiegħu dwar x’jiġri meta jseħħu dawn il-każijiet. L-esperti legali jgħidulna li biex tagħmel liġi internazzjonali dwarhom ikun hemm ħafna sfidi, għax m’hemmx preċedenti. Barra minn hekk, hemm ukoll il-leġiżlazzjoni dwar il-libertà tal-kelma, u l-fatt li ħadd ma jista’ jsib tarf tal-internet… post bla post fejn tista’ tizzika, u tqarraq, u tisraq u tikkorrompi.

    Din l-istorja għandha tiftħilna għajnejna… għal ħafna raġunijiet.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook