Int blajtha tal-Ebola'

  • Ott 21, 2014 15:59
  • Miktub minn

    Tlajt fuq tal-linja, u nzertajt qgħadt ħdejn mara li minn ħwejjiġha kienet tidher li hi Musulmana.

    Inħoss min itaptapli fuq dahri. Dort, u sibt li kienet waħda li nafha biss minn wiċċha. Gedwditli xi ħaġa f’widinti, u kulma fhimt kienu l-kliem “Afrika” u “ebola”. Ma kontx naf għandix nidħaq jew nibki. Ma kellix għalfejn nistaqsiha sewwasew x’qaltli, għax indunajt.

    Din, mela, kienet waħda minn dawk li jaħsbu li l-Afrika fiha ftit iżjed minn Kemmuna, u li jiġri f’pajjiż minnhom jaffettwa l-kontinent kollu. Assumiet li la din il-mara, xi darba f’ħajjitha, kienet tgħix fl-Afrika, mela allura hija potenzjalment carrier tal-virus tal-ebola. Ma qomtx minn posti.

    Ħafna Maltin, jekk ittihom mappa vojta tal-Afrika u l-ismijiet tal-Liberja, in-Niġerja, Sjerra Leone u l-Ginea, u tgħidilhom jagħmluhom f’posthom, ma jkunux jafu jagħmlu dan.

    Jgħidulek li la mietu “nies li mhux Afrikani”, mela allura aħna wkoll għandna ċans sabiħ (insomma, ikrah), li nittieħdu.

    Ilbieraħ, fil-Knisja, iltqajt ma’ oħra minn dawn in-nisa. Inzerta li l-qassis, waqt il-mument li fih nagħtu l-paċi lil xulxin, ħeġġiġna biex nieħdu b’id ta’ ħdejna. Din, moħħha mimli bl-aħbarijiet dwar it-trażmissjoni tal-virus, qaltli, “Ara ruħi, paċi ntik kemm trid, imma taf int, allavolja int Maltija u Nisranija bħali… ħabba l-ebola…” u ħalliet is-sentenza mdendla. Kieku tbissmet u qaltli li xtaqet li l-paċi tkun miegħi, bla ma ħaditli b’idi, kienet teħles eħfef, u kienet tinstema’ inqas ridikola.

    Jien ngħid li iżjed qed jinfirxu l-assurdità u l-esaġerazzjoni milli l-marda. Din il-ħaġa rajnieha waqt li kien hawn is-swine flu, li kull min hadha (inkluża jiena), suppost li miet… u issa iżjed u iżjed.

    Kull min għandu xi naqra razziżmu jiġri f’demmu qed isib ix-xoqqqa f’moxtha biex jipponta subgħajh lejn dak u dik, biex ipittirhom bħala theddida. Jgħidulna li din hija reazzjoni ‘naturali’, għax ir-riskju huwa wieħed ‘sinifikanti’.

    Naraw il-fenomenu soċjokulturali fejn il-grupp li “mhux bħalna”, jew li “ma rriduhx”, nittimbrawh bħala theddida jew għall-istabilità tal-pajjiż jew, kif qed jiġri issa, bħala theddida għas-saħħa. X’hemm aħjar minn naqra paranojja biex tkeskes lin-nies u toħloq paniku?

    Xbajt nisma’ stejjer ta’ barra minn hawn – li s’issa għadhom ma ġrawx hawn Malta. Hemm dak il-parrukkier li ma jridx jaqta’ xagħar jew iqaxxar leħja ta’ min kien l-Afrika mill-bidu ta’ din is-sena, ikunx abjad jew iswed.

    Hemm dik l-għalliema li, għax attendiet konferenza f'Dallas, ma ħallewhiex tidħol lura fil-klassi “għalissa”. Hemm dak il-mudell li minn rajh qiegħed fi kwarantina stretta, għax kien fuq ajruplan fejn kien hemm xi ħadd li wara nstab li kellu l-marda.

    Iżda l-ikreh storja li smajt kienet dik li ġrat f’Beeville, Texas. Hemmhekk huma t-tfal li qegħdin jitqiegħdu fil-kwarantina… iżda mhux kollha, u mhux biss jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi effettwati mill-ebola.

    Nispjega ruħi: ir-residenti ta’ Beeville skoprew li kienu waslu xi tfal mill-Afrika tal-punent, biex jgħixu fil-belt tagħhom. Ovvjament, kienu ser jattendu l-iskola. Il-ġenituri stinkaw biex dawn it-tfal hemmhekk huma mwerwra. Wara ma jitħallewx imorru l-iskola, li ma jmorrux jinfettawlhom lil uliedhom. Eh, bilħaqq – ħadd minn dawn it-tfal ma kien mill-pajjiżi milquta sew mill-marda.

    Jgħidulek biex taħseb fil-ħażin, ħalli t-tajjeb ma jonqosx. Sadattant, lil nies li tabilhaqq huma ta’ periklu għas-saħħa tas-soċjetà tagħna, għax jisogħlu u jgħattsu f’wiċċna bl-addoċċ, rari biex nitwerwru minnhom…anzi nberkuhom!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 17

  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    J Alla li jekk x hadd jiehu dal virus U x Mard iehor jiehduh D

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    Li tiddefendi lill-pajjizek minn invazjoni ta' barranin specjalmenty dawk ILLEGALI mhux razzizmu imma patrijottizmu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    Sinjura Cilia, Nistiednek taqra

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    Sfortunatament issib minn dawn in-nies. Flok joqghdu fuq rapport medici u xjentifici jaghtu aktar kaz rumours u hrejjef. Aktar aghar minn hekk hu fatt li hawn nies li mhux injoranti daqshekk huma pero apposta jivvintaw dal-hm

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    The risk is there. Statistically, once you get Ebola, with proper treatment you get 50% chance to live. Without proper treatment you get 10%. I will leav

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    L-injoranza problema kbira, taf fejn qieghda l-injoranza? Ghand dawk li minkejja li l-mulrikyulturalizma ma hadem imkien u holoq problemi enormi, ghad hemm nies rashom marbuta li jridu jbellghulna l-multikulturalizmu u ghax il-

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 22, 2014

    allura int brava .... la tisma ahbarijiet li jridu jisimghu widnejk biss. ghalhekk niqghu lura

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 23, 2014

    taf min hu patrijot

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 23, 2014

    "Intom tan North Korea " jaqaw int xi Hadd m

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 23, 2014

    Kullhadd komdu jikkummenta mill-kumdita' ta' pajjizu, la thobbhom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 23, 2014

    Il kretinati li tikteb din il mara ma ghandhomx limitu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 24, 2014

    Kont bilkemm ilhaqt qrajt l-artiklu ottimista tas-Sinjura Cilia dwar il-limitazzjoni tal-epidemija tal-marda qerrieda tal-Ebola, meta l-bierah faqqghet l-ahbar li l-Ebola

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 24, 2014

    Naraw il-fenomenu soċjokulturali fejn il-grupp li “mhux bħalna”, jew li “ma rriduhx”, nittimbrawh bħala theddida jew għall-istabilità tal-pajjiż jew, kif qed jiġri issa Tanya veru li ghalkemm qed tesegera baqa xi ftit inj

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 24, 2014

    Amazing !!! ....... Iggifieri ,ghax taqbez jew titkellem fuq haga ,li llum jew ghada ,taf tolqotna ,MHUX TAJJEB ?? G

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 24, 2014

    T

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 25, 2014

    Alla hares ma ikujnx hawn minn jikkumenta u jikrittika. Kieku inkunu qed nghejnu lill minn irried jiddominana hajjietna. Kuragg hbieb ghidu dak kollu li thossu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 25, 2014

    Fuq tix

    Irrispondi
  •  

Facebook