Il-finanzjament tal-partiti politiċi: Ħtieġa ta’ kunsens wiesa’

  • Lul 01, 2015 11:27
  • Miktub minn

    L-editorjal tat-Times tal-lum jitkellem dwar is-sorveljanza tal-finanzjament tal-partiti politiċi. Suġġett traskurat għal snin twal u li llum dwaru fil-Parlament għaddejja diskussjoni dwar abbozz ta’ liġi. Dwar dan l-abbozz, u l-fatt li wasalna sa hawn, kif diġà għedt drabi oħra, għandu mertu kemm Franco Debono kif ukoll il-Gvern tal-lum.

    Alternattiva Demokratika ilha ukoll is-snin titkellem dwar il-materja. Dan għamlitu sa mill-ewwel programm elettorali tagħha fl-elezzjoni ġenerali tal-1992, l-ewwel darba li kkontestat elezzjoni ġenerali. Bħala AD ppubblikajna żewġ dokumenti dwar il-proposti li għandu quddiemu llum il-Parlament. L-ewwel wieħed kien dokument bir-reazzjonijiet ta’ AD għall-White Paper. Sussegwentement ħejjejna u ppubblikajna wkoll dokument bi tweġiba għall-proposti kif dettaljati fl-abbozz ta’ liġi.

    Fil-prinċipju l-abbozz ta’ liġi ppreżentat hu tajjeb imma jirrikjedi diversi emendi.

    Preżentament, fil-fatt, l-abbozz qiegħed jiġi diskuss fil-Kumitat Parlamentari dwar il-liġijiet. Jiena qed nieħu sehem f’din id-diskussjoni u dan għax intlaqgħet it-talba ta’ AD għal parteċipazzjoni f’din id-diskussjoni u ġejt mistieden biex inkun nista’ nieħu sehem fiha.

    Id-diskussjoni fil-Kumitat Parlamentari issa waslet bejn wieħed u ieħor sa nofs l-abbozz tal-liġi u nista’ ngħid li f’ħafna każi l-abbozz ġie mtejjeb billi ġew ikkunsidrati bis-serjetà d-diversi proposti li saru. Dan iżda ma sarx għall-iktar punt importanti tal-liġi. Il-Gvern, permezz tal-Ministru Owen Bonnici, ma jridx jiċċaqlaq mill-proposta li l-awtorità li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi tkun il-Kummissjoni Elettorali.

    Alternattiva Demokratika ilha xhur twal issa li għamlet il-proposta li flok il-Kummissjoni Elettorali l-awtorità regolatorja għandha tkun f’idejn il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, uffiċjal parlamentari li dwaru hemm abbozz ta’ liġi pendenti fuq l-aġenda parlamentari. Hu propost f’dan l-abbozz li dan l-uffiċjal jinħatar bil-kunsens ta’ żewġ terzi tal-membri parlamentari. B’hekk ikun hemm kunsens wiesa’ fuq il-persuna li tinħatar li bla dubju taġixxi lil hinn mill-influwenza tal-partiti politiċi kollha.

    Kien għalhekk ta’ sodisfazzjon li sussegwentment anke l-Partit Nazzjonalista adotta l-istess pożizzjoni u insista fuq dan waqt id-diskussjoni fil-Parlament.

    Imma l-Gvern ma jaqbilx ma' dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel qed jgħid li l-Kummissjoni Elettorali hi struttura eżistenti u għalhekk għax hu mgħaġġel biex iħaddem il-liġi l-ġdida [għax qed jiġri warajh il-GRECO mill-Kunsill tal-Ewropa: GRECO = Group of States Against Corruption] jippreferi jagħmel użu mill-Kummissjoni Elettorali. It-tieni, il-Gvern qed jgħid li l-Kummissjoni Elettorali hi korp kostituzzjonali li diġà in parti għandu responsabbiltajiet dwar il-finanzjament tal-politika u dan għax “suppost” li diġà jissorvelja l-infiq tal-kandidati fl-elezzjonijiet diversi.

    Sfortunatement il-Gvern qed jinjora l-fatt li kif komposta l-Kummissjoni Elettorali, għal raġunijiet storiċi, hi dominata minn rappreżentanza tal-partiti politiċi fil-parlament [4 mill-PN, 4 mill-PL u Chairman miċ-Ċivil magħżul mill-Gvern tal-ġurnata]. Dan ifisser li l-partiti politiċi fil-parlament għandhom aċċess għall-informazzjoni fuq il-partiti l-oħra li mhumiex u per konsegwenza kontroll sħiħ fuq il-proċess kollu.

    Jagħmel tajjeb il-Gvern kieku jfittex kunsens anke fuq dan il-punt, kif wara kollox għamel b’suċċess fuq partijiet oħra tal-liġi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook