Mela dak iswed'

  • Lul 01, 2015 20:42
  • Miktub minn

    Iva, u żgur li iswed. U barra li hu iswed, huwa bniedem. Huwa Ewropew. Huwa raġel miżżewwġ u missier. Huwa student.

    Huwa vittma.

    Jien inħossni urtata meta nidħol l-HSBC u, kważi kif inkun quddiem il-bank tal-kaxxiera, iqumu xi tlieta minn-nies minn bilqiegħda u jgħiduli “għax jien qablek”. Min-naħa l-oħra, nammira l-fatt li anki jekk ikun hemm biss sitta min-nies jistennew biex jinqdew fil-BOV, ikollna kollha nieħdu “numru” biex inżommu l-kju. U ma jkunx hemm argumenti.

    Kulħadd xi darba nzerta dawk il-gradilji tal-ħadid, li jidħlu waħda fl-oħra mit-truf, li jintużaw f’postijiet fejn ikun hemm folol kbar (ngħidu aħna Karnival jew wirja),, biex in-nies ma tiffullax.

    Kulħadd inzerta ħbula miksija bid-damask aħmar fejn l-okkażjoni tkun iżjed formali, li iżda jservu għall-istess ħaġa.

    Bara minn hekk, kulħadd xi darba ra 'l-ushers li jżommu lin-nies “f’posthom” – anki waqt ċerimonja fil-knisja.

    Mela allura…

    Meta sistema trid tkun qed taħdem sa tali data, u ma tkunx; u meta lill-pubblliku toqorsu fejn joqmos – fil-but, għandek riċetta ta’ paniku u diżgwid.

    Roxx ftit razziżmu u sħana umda tas-sajf Malti… ħallat flimkien ma’ rwejjaħ ta’ għaraq, kulturi differenti, nervi inkaljati… u telf żejjed ta’ ħin… u għandek tunnellata trikki trakki li jisplodu mal-inqas ġamra.

    Nagħmlu mod li int kellek iċ-ċans taqbad tal-linja tal-10.00am. Saru l-11.00am, u għadek imkaħħal hemm. Nagħmlu mod li kont mingħalik ħa tmiss ħafif ħafif il-card mar-reader u barra bid-daqq, u f’daqqa waħda ssib li trid tħallas iżjed milli kieku tnaqqaslek mill-card. Nimmaġina li toqmos xi ftit, hux?

    Imbagħad jiġi dan il-flien, li int tassumi li ġie mill-qiegħ tal-Afrika, u jgħidlek, bil-pulit, kif kieku kien jgħidlek ix-xufier tal-linja… żomm il-kju, sieħbi.

    U hawn, f’moħħok tisma’ l-mużika ta’ Mission:Impossible. Il-ftila tinxtegħel, u l-bomba tieħu.

    Imma stenna ftit.

    Kulħadd kien irrabjat; kulħadd kien nervuż. Imma waħda biss dehrilha li kellha tkun ħamalla u titpastaż. U tattakka u tobżoq.

    U ħadd, ħadd, ma qalilha biex tieqaf. Ħadd ma żammha. Anzi, allegatament, il-pulizija raw x’qed jiġri, u assumew li kien nar tat-tiben. U meta raw li s-sitwazzjoni marret il-baħar, qomsu. U flok marru jiġru ġirja wara l-mara li refgħet idha, bħalma jagħmlu “il-pulizija tat-television”, qabżu fuq ir-raġel li qala’ d-daqqa ta’ ħarta, u mmanettjawh.

    Imbagħad qalulna li “l-istorja qed tiġi investigata”, meta kien hemm għadd ta’ xhieda li sostnew dak li raw b’għajnejhom u semgħu b’widnejhom. Bħalma ġara f’każ famuż lokali ieħor, instema’ leħen jgħid xi ħaga dwar il-filmat li kien qed jinġibed.

    Mela sewwa; ġgajta tfajliet u ġuvintur iħufu bil-clipboards f’idejhom. Pulizija u uffiċjali tat-Trasport Pubbliku…. U kellu jkun student barrani li jinduna li jekk jinżamm kju, kulħadd jinqeda f’ħin inqas, għax ħadd ma jkollu għalfejn jgħid li hu qabel tal-flokk oranġjo u wara tal-libsa ċelesti.

    Ma nistax ngħid x’kien jiġri kieku dan ir-raġel kien ġinġri, jew almenu Malti. Li naf hu li ġara li ġara, u li ntużat forza eċċessiva mal-persuna li ma kinetx ħatja ta’ reat. U li dan huwa iswed.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 40

  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    Proset nassumi li kont tamel ahar int. Ma nafx kif qatt ma tkunu hemm meta jinqala xi hassle la intkom daqsekk bravi tafu x andkom tamlu fkull sitwazzjoni. Jew min fuq il pultruna biss tikkumentaw?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    Prosit Tanja!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    Proset tassew !! Din hi t-tip ta kitba li ghandna bzonn

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    dik tghidila forza eccessiva int? Taf li anke jekk ghandek ragun ma tistax tirrezisti arrest bhal ma ghamel dan. taf li dak li ghamlu il pulizija hij

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    Missna nisthu . Ahna nsara jew nies tal gungla? Jew forsi ewropew u suppost iccivilizzati? Nispera li l-mara tigi nvestigata u l-pulizija jigu mkeccija. M'ghandnix bzonn cowboys fil-Korp imma pulizija ta mentalita matura.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    ma nafx kemm ghad fadal nies injoranti go dal pajjiz u RAZZISTI dawn nies bhalna ma nafx ghal fejn tghamluwlom hekk ghalurs meta l maltin imorru l awstralja mhux xoghol tkunu qed tiehdu wkoll u aw daqs tant barranin min

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 01, 2015

    Dak x'irraportat il-media. Mhxu ahjar tistenna halli l-affarijiet jiccaraw?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Orrajt, orrajt, Sinjura Tanja, issa ndunajna li s-suggett favurit tieghek hu r-razzizmu. Ma tistax kultant tibdel id-diska? Ghax, taf int, ir-repetizzjoni daqsxejn tedjanti!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Mrs Cilia, taf li meta barranin iridu jghallmu lill-Maltin kif igibu ruhhom, dan jissejjah neo-kolonjalizmu? U n-neo-kolonjalizmu hu speci ta' razzizmu kontra l-Malt

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Ma nafx kif jista ikun iswed u Ewropew

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Eman Cross... kemm tiflaħ tkun tuba!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Lil dawk kollha li qed jghajjruna razzisti, razzisti INTHOM kontra r-razza Maltija ghax tiddefendu lill-klandestini li qed jehdulna pajjizna, xogholna u l-hobz tal-familji taghna. Dak li qed iggib l-immigrazzjoni I

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Jien Malti, nsiefer regolarment u nara hafna tahwid u cucati barra minn Malta. B'daqshekk

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Għall-infiormazzjoni ta kulħadd. Għalkemm ma kellhiex tagħmel hekk, dan qabad u ħa f'idejgh funzjoni pubblika għax ipprova jagħmilha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Lanqas tafu kemm qed taghmlu hsara lis-socjeta' Maltija bl-atitudni stupida taghkom li ghal kull haga ta' xejn taghjtu RAZZISMU - jiena kull ma rajt fuq il-video - tahwid ta' nies u Pulizija jimmane

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Hawn suwed u huma Maltien

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Taf x,naf jien li ghax illum forsi qeghdin naqra mhux hazin kulhadd gej hawn biex ibil subajgh. ~Ara meta fi zmien missieri alla jahfirlu kellu iqum filghodu naqra ta tifel u biex jiehu skutell

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Seta kien chin

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Well said Tanja Cilia ! You made your view known without having to resort to unbecoming gestures or words.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Prosit Tanja. More clear reasoning like yours is what is needed. To all those who think that what happened was not a racist attack on an innocent man, well........

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Jien ma naqbilx ma' ki

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Ma nafx kif is-sur Eman Cross illi għax tkun ewropew ma tkunx iswed. Il-pajjiżi ewropej m'għadhomx biss mgħamulin minn n

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Allura sur Eman dawk li ghandhom kunjom u isem mhux Malti ma humiex Ewropej.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Ma nafx ghaliex certi kummenti jdumu ma jidhru izjed minn ohrajn?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Mariella prosit kemm tobbhom lil hutek Maltin. Ghidli fejn toqghod.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Sinjal li inti tuba bhalu la gharaftu Claudia

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Le Christine Vella, ma kellhiex taghmillu hekk jekk hu veru, imma ma ghandu ebda dritt jaqbad u jaghmilha ta' ufficjal pubbliku kif qalet Jessica. Dak ZAZ

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 02, 2015

    Philip Gauci dan minn meta sirt storiku u trid tbellahhielna li l-Ewropa n-nies kienu suwed? B'min trid tg

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 03, 2015

    U zgur li hu minnu li hawn Maltin li huma suwed! Jien meta kont l-u

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 03, 2015

    Nies bhal dawn issibhom fuq quddiem nhar ta hadd il -quddies u jibilghu l -ostja. X'arukaza u kif ma jisthux.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 03, 2015

    Meta t-tifel kien ghadu zghir kien jattendi skola

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 03, 2015

    Il-mara li qalghet il-paniku nstabet u perswaz li se titressaq il-qorti u tinghata sentenza banali. Lanqas haqq kemm dehru koroh il-pulizija li kienu qed jaghmlu xogholhom sew. L-ebda kaz ma jigi solvut f'5 mins hlief fil-films.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 03, 2015

    Sur MIN HUMA, l-istorja minn dejjem interessatni, jekk int bqajt wara l-muntanji kif aċċennajt li għadhom l-afrikani dik hija problema tiegħek, imma jekk int tinteressa ftit ruħek u titħajjar titg

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 04, 2015

    Philip Gauci nahseb li inti ta' wara l-muntanji biex ma tindunax x'hemm mohbi wara l-invazjoni tal-klandestini. Jekk l-Inglizi hallewhom lura il-maggoranza ass

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 04, 2015

    S

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 05, 2015

    Now that the Maltese woman stated that she was called a prostitute, will Tania Cilia defend her - jekk verament m'ghandhiex hajta f'ilsiena?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 05, 2015

    Paul. Jien nahseb li il pulizzija ghaglhu ghax l ewwel misshom raw xgara umbat jagixu mhux waqqu ghac cajt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 05, 2015

    Sur Philip Gauci qabel ma tikteb ahjar taghmel ricerka ghax MIN HUMA sewwa qalek ,nies bhalek qeghdin ikomplu ikabbru il problema u meta tiggrava tkunu min ta l ewwel li taharbu bhal ma jaghmlu il grieden

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 05, 2015

    Sur Philip Gauci, jiena ma rrid nara lil HADD jieħ

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 05, 2015

    Nixtieq nixtieq niġbed l-attenzjoni ta ż-żejtuni li jien qatt ma bżajt u ħrabt fl-ebda okkażżjoni, tant hu hekk li l-anqas niddejjaq nuri ismi. Isimkom qed taħbuħ.

    Irrispondi