Imħabba tal-ġenn

  • Lul 18, 2015 11:33
  • Miktub minn

    Ħanini ta’ qalbi, mingħajrek ma ngħixx. Stilla ta’ ħajti, bdejt ngħix meta ltqajt miegħek. Ġojja ta’ dejjem, iġri nasal id-dar ħdejk. Qalb ta’ qalbi, meta niftakar fik, infur bil-ferħ. Maħbub tiegħi, illum nagħlqu ħames snin minn mindu tajna l-ewwel bewsa. Zokkra tiegħi, kemm għandek għajnejk sbieħ…

    Dan mhux kliem li smajt fuq ir-radju, f’xi rumanz moqri minn Charles Arrigo jew Twanny Scalpello. Dawn huma stqarrijiet ta’ mħabba li ġbarthom minn fuq Facebook. Nassumi li min kitibhom, u għal min huma, qegħdin f’kuntatt personali.

    Il-fenomenu ta’ “inħobbok ħafna u rrid li d-dinja kollha tkun taf” mhux xi wieħed ġdid, madanakollu. Kien hemm żmien fejn fil-gazzetti kienu jidhru messaġġi “personali” – li kultant kienu jkunu kodiċi tal-kriminali li ma kinux jissograw jużaw it-telefown, ngħidu aħna: Sbejħa tiegħi, illejla nasal lura minn Franza; qis li tilbes il-flokk l-ikħal meta tiġi tilqagħni, għax tassew jixraqlek.

    Iżjed tard, konna nisimgħu dediki fuq ir-radju: “Il-messaġġ jinsab fid-diska” – meta l-messaġġ kien ikun totalment differenti milli jagħti x’jifhem it-titlu tad-diska.

    Ma jistax jonqos li dan il-fenomenu issa xtered għal Facebook, u siti soċjali oħra.

    Nifhem li minbarra li forsi huma sinċieri, dawn l-espressjonijiet ta’ mħabba dejjiema jista’ jkun li għandhom skopijiet oħra warajhom.

    Hawn min, ngħidu aħna, jużahom bħala kodiċi, kif rajna iżjed ‘il fuq. Kull espressjoni tkun tfisser xi ħaġa miftiehma minn qabel – u ma tkunx neċessarjament immirata lejn dak li għalih jew għaliha fid-deher tkun iddedikata.

    Imbagħad hemm min jitfa’ kliem li jkun juri mibegħda u dwejjaq… u aħna suppost li naqtgħu min ikun fil-mira ta’ dawn il-vleġeġ.

    Dawn il-frażijiet romantiċi pubbliċi, iqattru bl-imħabba, affezzjoni, għasel u zokkor, kultant ikunu biss inkejja lil dawk li sa ftit ġimgħat qabel kienu dawk li lilhom intbagħtu messaġġi simili. Il-messaġġ moħbi jkun, “Ara, m’għandix x’nambik iżjed.” Ma’ din il-kategorija nżidu statusijiet li jgħidu kemm qed jieklu tajjeb (issa),; kemm għandhom karozza ġdida sabiħa (issa),; kemm huma kuntenti t-tfal (issa),; fejn siefru (issa),; u ma jonqosx xi ċurkett b'xi djamant li jwerrċek.

    Imbagħad xi ngħidu għal dawk il-koppji li għandhom account wieħed bi sħab? Għalissa nħallu fil-ġenb l-argument li forsi xi ħadd minnhom jgħir, u nistaqsu, “Iva Helga, jekk il-profil tiegħek ma’ ta’ Simon, u hemm ukoll iż-żewġ kunjomijiet biex aħna nkunu żguri li dak huwa l-profil abbinat tagħkom, hemm għalfejn tgħid lilu u lilna li tħobbu, meta hu ser jaqra kull kelma li ser tikteb?”

    Hemm għalfejn titfa’ miljun ritratt u tispjegalu li kontu qegħdin fil-ġnien tan-nanna? Tgħid ma jiftakarx?

    Kieku li tiddedika paragrafu lil min jista’ jaqrah, fha u ma fihiex. Iżda mbagħad hemm min jgħaxxaqha iżjed. Naraw dediki lil – u mhux tifkiriet ta’ – qraba u ħbieb mejtin, u tfal li mhux suppost qed jaqraw x’hemm miktub fuq Facebook għax għadhom taħt l-età – u wkoll kliem ta’ ħajr lill-qtates u l-klieb talli jżommulhom kumpanija “aħjar minn ċerti nies”.

    Imma aħna ma nagħmlux minn dawn il-ħmerijiet…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 18, 2015

    prosit Tanja dir rokna tieghek nnhobb insegwieha .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 19, 2015

    :), Naqbel mija fil-mija! Pero insejt issemmi ir -rizultati...min jitfa tieghu personali, min jitfa tat-tfal....ma baqa' xejn personali - imma nahsibha hekk ghax jien antika....nirringrazzja lil Bambin!

    Irrispondi
  •  

Facebook