Birżebbuġ : Waħda wara l-oħra

  • Lul 24, 2015 15:48
  • Miktub minn Carmel Cacopardo

    Il-ħruġ taż-żjut mit-terminal ta’ San Luċjan fil-baħar nhar l-Erbgħa waranofsinhar wassal biex għal darba oħra ġie pprojbit l-għawm f’Birżebbuġa, din id-darba l-Qajjenza viċin fejn sa ftit ilu kellna l-impjant tal-gass.

    Din mhix l-ewwel darba. Xahar ilu kellna l-inċident fil-Port Ħieles fejn inċident ieħor kien wassal biex likwidu f’container jispiċċa l-baħar. Il-Bajja s-Sabiħa kienet damet ġranet magħluqa għall-għawm.

    Kull darba li jkollna dawn l-inċidenti jbatu bosta.

    L-ewwel ibatu r-residenti ta’ Birżebbuġa li jkunu mċaħħda minn rikrejazzjoni mistħoqqa. Ibatu magħhom dawk li jkunu Birżebbuġa villeġġatura. Ibatu ukoll bosta residenti mid-diversi lokalitajiet fin-nofsinhar tal-pajjiż li f’Birżebbuġa isibu post fejn jistgħu jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ.

    Ibatu wkoll dawk li l-għixien tagħhom jiddependi mill-baħar inkella mill-ħwienet diversi mxerrdin ma’ Birżebbuġa.

    Dawn l-inċidenti għandhom ipatt fuq dawn kollha.

    F’dan l-istadju ħadd għadu ma jaf eżatt xi kkawża l-inċident u jiena mhux ser noqgħod nispekula x’setgħet kienet il-kawża. Il-fatti imma huma magħrufa minn kulħadd. Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tiżdied l-attività industrijali fil-Port ta’ Marsaxlokk. Din l-attività nisslet kritika mhux żgħira tul is-snin, mumenti li għexniehom flimkien, xi drabi wkoll b’opinjonijiet li jikkuntrastaw.

    Illum qegħdin f’mument fejn l-attività industrijali li kienet proposta fl-interess ta’ ħidma ekonomika mixtieqha biex tnissel il-ġid qed tagħtina ukoll l-impatti negattivi tagħha. Kulħadd jippreferi kieku l-impatti negattivi ma jiġu qatt. Għalhekk għandna naħdmu.

    Jekk bħala pajjiż m’aħniex ser jirnexxilna nassiguraw kontrolli stretti biżżejjed biex dawn l-impatti negattivi jkunu mill-inqas possibli ser ikollna iktar problem. Wisq nibża’ li bħala riżultat taż-żieda tal-attività industrijali mhux il-bogħod li t-tgawdija tal-baħar f’Birżebbuġa tkun biss attivita’ tal-passat li tista’ titgawda biss mir-ritratti.

    Forsi huwa ukoll il-mument li nifhmu li dawn huma l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ ħarsien ambjentali adegwat kif ukoll ta’ konċentrazzjoni esaġerata ta’ ħidma industrijali fil-Port ta’ Marsaxlokk.

    Issa min irid jibqa’ b’rasu fir-ramel affari tiegħu.

    Ritratt: Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0