L-Air Malta u ċ-Ċina

  • Aww 04, 2015 21:08
  • Miktub minn

    Il-futur tal-Air Malta hu mċajpar. Ilna ħafna nafuh dan.

    Il-froġa tal-Avro RJ70 nafuha. Qabilha, magħha u warajha kien hemm l-ingaġġ ta’ impjegati bl-addoċċ.

    Sakemm il-biljetti tal-linji tal-ajru kienu bil-għoli, dan id-difett kien jinħeba, għax minkejja l-abbuż xorta kien hemm il-qligħ.

    Iżda kollox inġabar meta faqqgħet is-sajjetta tal-linji tal-ajru low cost. Bil-miġja ta’ dawn il-linji tal-ajru, il-mudell ekonomiku li fuqha kienet mibnija l-Air Malta ma baqax jagħmel sens.

    Konsulenti u esperti kellna kemm trid. L-għajnuna tal-istat ġiet ukoll, imma r-riżultati mhumiex eżattament kif kien mixtieq, almenu s’issa.

    Huwa f’dan il-kuntest li jagħmel sens li l-Gvern ifittex u jesplora soluzzjonijiet oħra. Jidher li l-Gvern qiegħed jiddiskuti ma' kumpanija tal-ajru Ċiniża dwar dan. X’qed jiddiskuti, s’issa mhux magħruf. Negozjati bħal dawn ma jkunux imperrċin fil-pubbliku kif qed jippretendu wħud. Huwa normalissimu fid-dinja kummerċjali li tinżamm kunfidenzjalità stretta, u dan minħabba li paroli żejda jistgħu jipperikolaw ftehim.

    Id-diffikultà li jiena nara mhux daqstant fin-negozjati nfushom daqskemm jekk jagħmilx sens strateġiku li wara li Malta rabtet il-karru tagħha maċ-Ċina fil-qasam tal-enerġija torbtu wkoll fil-qasam tal-linja tal-ajru.

    Iċ-Ċina għandha l-interessi ġeostrateġiċi tagħha. Jaqblilha li jkollha saqajha fis-sod fl-Unjoni Ewropeja mhux biss għal raġunijiet kummerċjali, iżda anke għal raġunijiet politiċi. Trid tnaqqas id-dipendenza tagħha mill-Istati Unit ital-Amerika, fost oħrajn. Mhix tinvesti f’Malta biss iżda qed iddur l-Unjoni Ewropeja kollha. Imma dawk huma l-interessi taċ-Ċina.

    Il-mistoqsija hi jekk Malta jaqblilhiex li tkun tiddependi ż-żejjed miċ-Ċina. Dak li hu fl-interess taċ-Ċina mhux neċessarjament li hu fl-interess ta’ Malta.

    Din it-tip ta’ diskussjoni hi nieqsa mid-dibattitu dejjaq u partiġjan li għaddej bħalissa. Għax id-dibattitu partiġjan qed jaħbi l-issues reali li għadna niddiskutu. Bħal dejjem dawn jispiċċaw taħt it-tapit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0