Il-flus jiġu qabel in-nies

  • Aww 10, 2015 17:04
  • Miktub minn

    F’gazzetta ta’ kuljum, ilbieraħ, kien hemm storja dwar l-imwejjed fuq il-bankini, li jinħarġu hemm minn sidien ta’ restoranti jew bars biex ikollhom spazju ikbar minn fejn idawru ewro.

    Il-bankini tagħna, fil-parti l-kbira tagħhom, m’għandhomx xi wisa’ kbira.

    Uħud minn dawn is-sidien ta’ restoranti u bars għandhom il-permess biex joħorġu l-imwejjed fuq il-bankina. Tiegħu jħallsu rata għal kull mejda kuljum.

    Mhux kollha jimxu mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-permess. Min jikser il-permess bi ftit u min jiksru b’ħafna. Hemm imbagħad min jiġi jaqa’ u jqum minn kollox u minn kulħadd u jaqbad u joħrog l-imwejjed bla ma jkollu permess. Dan jaħseb li b’xi mod jirnexxilu jirranġa. U wħud minnhom qisu jirnexxilhom jirranġaw, għax donnu dejjem tgħaddi tagħhom. Dawn dejjem il-Gvern tagħhom, tagħhom u għalihom biss. Donnu tiġihom żewġ dejjem.

    Suppost li l-awtoritajiet differenti għandhom in-nies, imħallsa mit-taxxi tagħna lkoll, li xogħolhom hu li jaraw li ħadd ma jabbuża. Dawn l-inspectors suppost li jaraw li min ingħata permess biex joħroġ għaxar imwejjed ma joħroġx għoxrin. Li min kien ordnat iħalli passaġġ minn fejn jgħaddu in-nies iħallih, u li l-passaġġ li jħallu jkun wiesa’ biżżejjed. Imma l-inspectors donnhom idumu ħafna ma jindunaw. Qishom ikunu reqdin. U meta fl-aħħar jibdew ifittxu u jduru jindunaw ukoll b’dawk li ġew jaqgħu u jqumu. U wara ftit jaqa’ s-skiet. U ħafna drabi qisu ma ġara xejn. Għax il-flus jitkellmu.

    F’dan il-pajjiż malajr kulħadd jitħajjar. Jekk bar jew restorant għandu spazju wiesa’ biżżejjed quddiemu fejn jista’ joħroġ l-imwejjed, malajr jitħajru ta’ ħdejh. Jidhrilhom li huma wkoll għandhom l-istess dritt, anke jekk dan ifisser li jkollhom jieħdu l-ispazju tal-parking inkella l-ispazju minn fejn jgħaddu in-nies.

    Addijo l-aċċess għas-siġġijiet bir-roti (wheelchairs),. Addijo d-dritt ta’ aċċess għall-ommijiet u missirijiet b’ulied żgħar.

    Dan ukoll serq. Imma billi qed jinsteraq spazju pubbliku, ftit jagħtu kas.

    In-nies ukoll għandhom dritt li jużaw il-bankini. Imma sfortunatment qed jiżdiedu l-każi fejn tal-imwejjed ħadu l-bankina kompletament għalihom u ħadd ma jlissen kelma.

    Għax hu ċar ħafna li l-flus jiġu qabel in-nies.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Aww 11, 2015

    Issa fhimt x'jigifieri meta nghidu pro business.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 14, 2015

    Old Labour: Pro-business ma tfissirx li n-negozjanti jiksru l-ligi jew ir-regolamenti. Jekk hemm sidien ta' bars u restoranti li qed hiksru l-ligi huwa d-dover tal-pulizija li twaqqaf dan l-abbuz.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 22, 2015

    Eddie naqra dak li tikteb fil gazzetti u nammira il fedelta tieghek lejn il partit laburista. Niftakar ghexieren ta snin ilu meta konna nitkelmu fuq kikra kafe il Casino. niftakar fil holm politiku tagh

    Irrispondi