Terremot għall-ġimgħa d-dieħla

  • Aww 28, 2015 10:31
  • Miktub minn

    Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jippjana terremot għall-ġimgħa d-dieħla, nhar il-Ħamis 3 ta’ Settembru. Dan ser isir bħala eserċizzju ta’ taħriġ u ser jinvolvi madwar 300 ruħ. It-taħriġ ser isir ġo Għawdex. Ser jipparteċipaw ukoll madwar sittin persuna teknika mid-Dpartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Sqallija.

    Din hi aħbar tajba ħafna. Tfisser li bħala pajjiż bdejna nħarsu 'l quddiem bis-serjetà f’dan il-qasam. Sal-lum id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien assoċjat mat-tifi tan-nar, ma’ inċidenti gravi tat-traffiku u ma' problemi ta’ għargħar. Issa ser isir pass kbir 'il quddiem.

    Hu tajjeb li nibdew nippjanaw dwar kif id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jaħdem f’każ ta’ diżastru nazzjonali bħal terremot jew għargħar, pereżempju. Il-kordinazzjoni hi meħtieġa biex l-awtoritajiet differenti jissinkorizzaw il-ħidma ta’ bejniethom. Hu importanti ħafna li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Armata, il-Pulizija u l-awtoritajiet tas-saħħa f’każ ta’ emerġenza ma jkollhomx diffikultà biex jaħdmu. Għalhekk importanti t-taħriġ.

    Imma hemm bżonn ukoll li jkunu involuti l-Kunsilli Lokali għax f’każ ta’ emerġenza huma l-Kunsilli Lokali l-ewwel u l-iktar kuntatt effettiv man-nies. Ma nistax għalhekk ma ngħidx prosit mistħoqq lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li wasal sa hawn. Imma dan hu biss il-bidu. Għax hemm ħafna iktar x’isir.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook