Terremot fil-Partit Laburista

  • Set 15, 2015 08:50
  • Miktub minn

    Infqajt nidħaq nisma’ lil Aaron Farrugia, Chairman tal-Fondazzjoni Ideat tal-Partit Laburista ta’ Malta, jipprova jispjega waqt l-aħbarijiet fuq Super One (is-Sibt fil-għaxija), għaliex ġie elett Jeremy Corbyn bħala l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista Ingliż.

    Semma kull raġuni possibli, minnbarra r-raġuni reali: li Jeremy Corbyn ma jagħmilx kompromessi ma' dak li jemmen fih. Kienet l-awtentiċità ta’ Corbyn il-kawża ewlenija tat-terrimot li l-effetti tiegħu għadhom jibdew. Corbyn kien l-uniku wieħed mill-kandidati li kien soċjalista u ma jistħix jgħid li hu hekk. Naħseb li Aaron ħassu ħafna imbarazzat li jgħid li osserva dan, ħaġa li probabbilment ilu ħafna jinnota wkoll fil-Headquarters tal-Ħamrun.

    Fil-bidu tal-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Laburista Ingliż fil-Parlament, għall-ħabta ta’ nofs Lulju, il-Gvern Ingliż ressaq abbozz ta’ liġi biex inaqqas il-benefiċċji soċjali. Tlieta mill-kandidati għat-tmexxija Laburista, dakinnhar astjenew fil-votazzjoni. Kien Jeremy Corbyn l-uniku wieħed mill-erba’ kandidati li vvota kontra dan l-abbozz ta’ liġi.

    Rebħa bi kważi 60% tal-voti ma l-ewwel għadd mhix ċajta. Id-distakk bejn Jeremy Corbyn u Andy Burnham kien ta’ tliet darbiet (Burnham ma qabiżx l-20%),. L-oħrajn ġiebu inqas!

    Il-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Laburista Ingliż uriet li hemm distakk kbir bejn dak li jaħsbu l-membri tal-partit u dak li jaħsbu l-Membri Parlamentari tal-istess partit. Bħala riżultat tal-elezzjoni ta’ Jeremy Corbyn, diversi membri ewlenin tal-grupp parlamentari ppreferew li jwarrbu jew ma jaċċettawx pożizzjoni fix-Shadow Cabinet. Dan ingħata prominenza fil-gazzetti Ingliż matul il-jum tal-bieraħ. Fatt li jista’ joħloq diffikultajiet għal Corbyn mhux biss ta’ natura temporanja.

    Mhuwiex faċli tgħid kif ser jiżviluppaw l-affarijiet. L-ikbar ostaklu għal Corbyn mhuwiex il-Gvern konservattiv, iżda “sħabu” fil-grupp Parlamentari.

    Fil-ġimgħat li ġejjin hemm ippjanati sfidi kbar. Fosthom liġi li tikkontrolla lit-Trade Unions u li tfittex ukoll li tnaqqas sostanzjalment il-finanzjament tal-Partit Laburista Ingliż mill-istess Trade Unions. Hi imminenti wkoll deċiżjoni mill-House of Commons dwar l-armamenti nukleari Inġliżi.

    Ser ikunu ġimgħat li fihom nosservaw kemm hu possibbli li f’partit politku jikkoeżistu veduti radikalment differenti fuq ħafna affarijiet: fuq l-Unjoni Ewropeja, fuq in-NATO, fuq l-armamenti nukleari, fuq l-awsterità, fuq l-użu tal-forza militari bħala għodda għall-politika barranija... Kollha materji li dwarhom ftit kien hemm x’tagħżel fil-passat riċenti bejn in-New Labour u l-Konservattivi.

    Minn tmiem il-ġimgħa n-New Labour fir-Renju Unit spiċċa. Dawk li sa ftit ġranet ilu kienu meqjusa bħala r-ribelli issa qegħdin fit-tmexxija, u dawk li kienu qed jinsistu fuq il-lealtà lejn it-tmexxija issa qegħdin minn taħt. Id-demokratizzazzjoni tal-partit ser tkun iċ-ċavetta biex il-Partit Laburista Ingliż ma jibqax jistħi jgħid li hu soċjalista.

    Kollox jiddependi minn kemm l-entużjażmu li nisslet il-kandidatura ta’ Corbyn jibqa’ ħaj fl-għeruq tal-partit. Jekk dan jibqa’, Corbyn ikompli biex jittrasforma l-Partit Laburista Ingliż inkonformità mat-twemmin tiegħu. Jekk le, il-partit jerġa’ lura biex ikun kopja tal-konservattivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 14

  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    Wiehed ghandu jidhak jew jibki meta ikun lest jghix hajtu fl-oppozizzjoni minn fejn ikun jista biss jitkellem u mhux jibdel. Is-Sur Caccopardo jippreferi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    Dejjem kont nemmen li r-rota fl-ahhar iddur dawra tond u li s-socjalizmu huwa l-vera alternattiva ghall-kapitalizmu bla ruh neo-liberali.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    @ Aaron Farrugia x’fiha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    @Aaron Farrugia Li tisma' dan il-k

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    Fi ftit kli

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    Issa qed nifhem x'riedu jfissru meta qalu li biex jitilghu lesti li jaghmlu alleanza max-xitan. Grazzi sur Aaron Farrugia talli ftahtli ghajnejja.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2015

    @Aaron Farrugia "lest jg

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 19, 2015

    Meta se naraw terremot fil-partit miskin tieghek Sur Cacopardo? ghax hlif running on the spot ( L. Bondi ), qatt ma irnexxilkom taghmlu ta Larternattiva

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2015

    @@@....IS SUR CACOPARDO PERIT U SIEHBU L-AVUKAT KAZZOLA ..talbu lil gvern juri il karti rigward dak li irraporta gurnal taljan fuq pajjizna. Possibli

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2015

    Sur Carmel Cacopardo Min Mindu int tlaqt mill PN qe

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2015

    Eks-PN, paloma blanca u Joe Borg, personalment ma ivvutajtx AD u mhux behsiebni nivvutlahom. Nemmen li astensjoni cara hi aktar effettiva. Biss nistghu nimmaturaw f

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2015

    Plus, paloma blanca x'fiha hazin li tiddubita l-gvern tieghek? Int kollox temmen li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2015

    Desmond Buhagiar, Imma partit politiku qieghed hemm biex jahdem halli jkollu t-tmexxija tal-pajjiz f'idejh ghax BHEKK BISS ikun jista jewttaq il-bidliet li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2015

    @ Eddy Privitera. Jien naqbel perfattament mieghek li principji sbieh fuq il-karta ma jwasslu imkien. Imma li min-naha l-ohra jekk tarmi kull principju fundamentali li jkollok u fundamentalment tadotta il-politika tal-partit l-iehor, x

    Irrispondi
  •  

Facebook