L-iskandlu tal-Volkswagen

  • Set 23, 2015 10:57
  • Miktub minn

    Id-dettalji tal-iskandlu tal-Volkswagen fl-iStati Uniti tal-Amerika għadhom ħerġin. L-istorja kollha, forsi, għadha mhux magħrufa s'issa.

    Jidher li dan l-iskandlu jinvolvi madwar nofs miljun karozza li taħdem bid-diesel (qed tissemma wkoll iċ-ċifra ferm ikbar ta' 11-il miljun karozza), kif ukoll żieda ta' madwar miljun tunnellata ta’ emmissjonijiet ta’ NOx li jniġġsu l-arja u li fil-parti l-kbira tagħhom huma ta’ ħsara għas-saħħa.

    Dan jidher li seħħ minħabba li diversi karozzi prodotti mill-kumpanija Volkswagen kellhom apparat elettroniku stallat li kien inaqqas it-tniġġis meta l-karozzi jkunu qed jiġu ttestjati, liema apparat iżda ma kienx jaħdem f’ħin ieħor. Jidher li l-logħba kienet permezz ta' software li kien installat biex meta l-karozza tkun qed tinsaq b'mod normali l-kontrolli tal-emmissjoniiet kienu jintfew awtomatikament b'mod elettroniku. Dawn il-kontrolli, iżda, kienu jerġgħu jinxtegħlu awtomatikament meta jkun għaddej xi test tal-emmissjonijiet.

    Il-karozzi affettwati, mudelli li jaħdmu bid-diesel li ġew immanifatturati bejn l-2009 u l-2015, jidher li huma VW Jetta, Beetle u Golf, il-mudell Passat tal-2014-15, u l-mudell Audi A3 ta' bejn l-2009 u l-2015.

    Volkswagen qed tikkalkula li dan l-iskandlu ser jiswieha €6.5 biljuni fi ħsarat u possibbilment mat-$18-il biljun f’multi fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn ġie identifikat dan l-abbuż. Dan apparti multi f’pajjiżi oħra, kif ukoll, possibbilment, proċeduri kriminali kontra d-diriġenti tal-kumpanija.

    Il-ħsara lir-reputazzjoni tal-kumpanija, ukoll, diġà hi kbira ħafna.

    Iktar tard illum, il-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew ser jikkonkludi d-diskussjoni dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni li taġġorna r-regolamenti dwar it-tniġġis mill-karozzi Euro 5 u Euro 6 applikabbli fl-Unjoni Ewropea. Fi stqarrija li ħareġ ilbieraħ, il-kelliemi tal-Ħodor Ewropej Bas Eickhout qal li ilu magħruf li l-manufatturi tal-karozzi fl-Unjoni Ewopea qed iduru mar-regoli tat-tniġġis tant li mhumiex josservawhom. L-iskandlu tal-Volkswagen fl-Istati Uniti għandu tiftaħ beraħ għajnejn kulħadd dwar dak li fil-fatt qed jiġri.

    Nistennew li nkunu infurmati jekk ġewx mibjugħa minn dawn il-karozzi f’Malta u x'passi ser jittieħdu dwarhom.

    (Nota ta' inewsmalta.com: Ta' min jgħid li aktar kmieni din il-ġimgħa l-kumpanija Volkswagen qalet li qed taħdem qatigħ biex tagħmel tajjeb għall-irregolaritajiet rapportati. Fakkret ukoll li l-vetturi l-ġodda tagħha b'magni diżil EU6 li bħalissa jinsabu għall-bejgħ fl-Unjoni Ewropea ġew manifatturati skont ir-rekwiżiti legali u ambjentali. Żiedet tgħid li hija ma tittollera l-ebda ksur tal-liġi u l-ewwel prijorità tal-bord tat-tmexxija hija li tinkiseb lura l-fiduċja u ma jkunx hemm dannu għall-klijenti.),

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook