Għall-MEPA, 'l-iżvilupp' dejjem ġie qabel ir-residenti

  • Ott 16, 2015 07:12
  • Miktub minn

    Fil-fehma tiegħi, għall-MEPA, ir-residenti m’għandhom l-ebda importanza. Anzi, ħafna drabi l-attitudni hi li r-residenti qegħdin fin-nofs joħolqu ostaklu għal dak li wħud isejħulu iżvilupp.

    Eżempji għandna kemm irridu. Il-power station ta’ Delimara, darbtejn. Kemm dik tal-BWSC kif ukoll tal-gass. L-iżvilupp massiċċ residenzjali ta’ Fort Cambridge, Pender Gardens, u l-Ponta ta’ Tignè (tal-MIDI),. Kollha kemm huma żvilupp insensittiv li ġie jaqa’ u jqum mir-residenti. Dan kollu hu mifrux fuq bordijiet differenti tul is-snin.

    Hemm ukoll il-Port Ħieles li hu viċin wisq taż-żona residenzjali ta’ Birżebbuġa. Tant li l-istorbju tal-ħidma fit-terminal tal-Port Ħieles jinstema' minn diversi partijiet ta’ Birżebbuġa. Bħalma jheżżeż kulm’hemm id-dredging li jsir f’kull ħin tal-ġurnata, bla rispett lejn ħadd.

    Il-bieraħ quddiem il-Bord tal-MEPA kien hemm laqgħa oħra mqanqla dwar waħda mill-applikazzjonijiet li għadhom pendenti dwar il-Port Ħieles. Kont hemm nassisti lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Diversi membri tal-Bord tal-MEPA għadhom ma jistgħux jifhmu għaliex kull min hu assoċjat ma’ Birżebbuġa ma tantx għandu opinjoni tajba tal-MEPA. Ilkoll niftakru kif f’April tal-2014 il-Bord tal-MEPA b’maġġoranza kbira kien approva emenda għall-permess ambjentali tat-terminal tal-Port Ħieles biex jippermetti tiswijiet fuq oil rigs u vapuri fil-Port Ħieles. Kien biss wara li qamu r-residenti ta’ Birżebbuġa li l-Gvern ġie f’sensih u li l-management tat-terminal tal-Port Ħieles irtira mill-pożizzjoni tiegħu billi rrinunzja għall-emendi li kienu għadhom kif ġew approvati.

    Dan kollu hu diffiċli li jintesa għax l-istess nies li ħadu dawn id-deċiżjonijiet għadhom hemm. L-hekk imsejjaħ żvilupp dejjem ingħata prijorità. Għax ir-residenti mhumiex meqjusa importanti.

    Sadanittant ilbieraħ il-Bord tal-MEPA, wara li sema’ l-ilmenti kontra l-mod kif ftit ftit l-iżvilupp tal-Port Ħieles qed joħnoq lil Birżebbuġa, ma ħax deċiżjoni għalissa u talab iktar informazzjoni. Din mhux l-ewwel darba li ġrat. Anke l-Bord ta’ qablu ġieli għamel hekk. Issa naraw xi jmiss!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0