Riflessjoni wara l-massakru ta' Pariġi

  • Nov 16, 2015 00:06
  • Miktub minn

    It-total tal-vittmi qiegħed jiżdied. Fil-ħin li qed nikteb in-numru ta’ mejtin huwa ta’ 129, bi 352 feruti, 99 minnhom gravi ħafna.

    Dan hu t-tieni massakru f’Pariġi; l-ieħor seħħ f’Jannar.

    Sebgħa mit-terroristi involuti huma mejta; it-tmien wieħed kif ukoll numru ta’ persuni assoċjati magħhom huma preżentament imfittxija.

    L-attakk ta’ nhar il-Ġimgħa kien wieħed simboliku: kien attakk fuq il-valuri li Franza u Pariġi jirrappreżentaw. L-attakk seħħ fl-istess żona li fiha hemm l-uffiċini ta’ Charlie Hebdo [il-mira tal-attakk l-ieħor f’Jannar] kif ukoll infirex fiż-żona li fiha jsiru d-dimostrazzjonijiet Pariġini.

    Ilkoll kemm aħna xxukkjati b’dak li ġara. Avolja minn dak li nisimgħu ilna nistennew dan it-tip ta’ inċident.

    Franza ddikjarat stat ta’ emergenza. F’Malta ġiet estiża s-sospensjoni tar-regoli tax-Schengen biex dan issa jibqa’ sejjer sa wara li jintemm is-Summit taċ-CHOGM.

    L-attakk fuq il-moviment ħieles tal-persuni fiż-żona Schengen ilu li beda. Intensifika mal-mewġa kurrenti ta’ migrazzjoni mis-Sirja. Wara Pariġi bla dubju dan l-attakk ser ikompli jintensifika.

    L-ikbar rebħa tat-terroriżmu jkun jekk jirnexxilu jnissel il-biża’ fit-tul. Biża’ li jekk isseħħ tkompli tnaqqar it-tolleranza u s-solidarjetà.

    Bla dubju jeħtieġ li noqogħdu attenti, kemm aħna ċ-ċittadini imma iktar minna l-awtoritajiet. Huwa neċessarju imma li ma nħallux il-biża’ tirkibna għax bħala konsegwenza ningħalqu f’gaġġa.

    Huwa żmien ta’ riflessjoni favur il-paċi u s-solidarjetà - il-messaġġ ta’ Jean Julie, il-karikarturista li pinġa l-karikatura ripprodotta hawn fuq.

    Il-vjolenza ma tiġġilidhiex bil-vjolenza iżda bid-disponibilità ta’ kull wieħed minna favur il-paċi u bit-tixrid ta’ kultura ta’ solidarjetà. Dan mhux faċli meta qed ngħumu f’baħar ta’ indifferenza. Inċidenti bħal dan jixxukkjawna, imma forsi jġibu lil uħud f’sensihom u jgħinuhom biex inaqqsu l-indifferenza għas-sofferenzi madwarna.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Nov 16, 2015

    Tort tagħkom Caccopardo għax inthom dejjem tridu iktar klandestini u l-moviment ħieles tal-Unjoni Ewropea.

    Irrispondi
  •  

Facebook