Pocahontas, paroli u pretensjonijiet

  • Nov 16, 2015 00:07
  • Miktub minn

    Klu Klux Klan. Tliet kelmiet li jnisslu stmerrija fost il-maġġoranza (nispera), tal-bojod, u biża' fis-suwed. Dawn in-nies, lebsin qishom fratelli tal-Ġimgħa l-Kbira (biex ma jingħarfux),, huma parti minn grupp li, kieku tgħaddi tagħhom, jeqirdu lil kull razza li mhux “bajda pura” – ngħidu aħna ż-żingari, il-Lhud, l-Asjatiċi u l-orjentali kollha, is-suwed…

    Issa dan l-aħħar, rajna kif is-Sindku ta’ Lahoma, Oklahoma, kellha tagħmel apoloġija pubblika wara li żewġha u xi ħbieb tiegħu daru dawra mal-blet, lebsin ta’ membri tal-KKK. Mhux talli hekk, talli f’idhom kellhom torċi mqabbda – eżatt kif ikollhom tal-KKK meta jkunu sejrin jaħbtu għal xi ħadd… u wħud minnhom kienu qed iġorru slaleb kbar.

    “Ċajta goffa u stupida ta’ Halloween…” qalet is-Sinjura Theresa Sharp, dwar l-aġir xejn floku ta’ żewġha Cary. “M’għandhiex x’taqsam miegħi.” Ċiss, mur obsor. “Kienet deċiżjoni ħażina li jtaqqbu żewġ toqbiet fil-lożor bojod, u joħorġu jimmutettjaw barra bihom… Imma qatt u qatt m’għaddieli minn moħħi li xi ħaġa hekk infantili setgħet kellha riperkussjonijiet daqstant gravi li triegħex lir-residenti.”

    Ħmsitax ilu qamet polemika simili dwar xi kostumi li, skond uħud, ma kien fihom xejn ħażin li jintlibsu għal Halloween – iżda li skont oħrajn kienu tabilħaqq vili.

    Fost dawn insibu piġami bl-istrixxi, bl-istilla ta’ David safra fuqhom, li huma bħalma kienu mġiegħla jilbsu l-Lhud fil-kampijiet ta’ konċentrament; ilbies imżejjen bir-rix u żibeġ li jfakkrek fil-ħwejjeġ tal-Indjani tal-Amerika; tulijiet ta’ drapp irrakkmat li jitgeżwru fihom in-nisa, u għadd ta’ ċpiepet iċekċku, bħalma jilbsu l-Indjani tal-Asja, eċċ.

    “B’daqshekk?” jistaqsuk. “Mhux kulħadd jaf li l-Halloween qisu Karnival ieħor?”

    “Imma dak għax taqbdu u tagħżlu bl-addoċċ,” iwieġbu l-oħrajn. “Suppost tilbsu ta’ iħirsa u brimb u qtates suwed…” U jibqa’ l-fatt li ż-żewġ naħat mhux qed iżommu f’moħħhom li l-erwieħ u l-qaddisin la huma nisa nofshom għeriewen u lanqas Żombies.

    Huwa insult li wieħed “jieħu gost” billi jwaqqa’ għaċ-ċajt il-kultura jew il-fidi ta’ ħaddieħor, saħansitra jekk tippretendi li qed tagħmel dan b’satira. Hu sfaċċat li tuża ħwejjeġ għeżież għal ħafna, imżejna bi prodotti kummerċjali li jimitaw oġġetti sagri jew eżoteriċi, għall-gost u l-pjaċir tiegħek.

    Wara kollox, jekk sena oħra trid tipparteċia f’xi festin ta’ Halloween “kif suppost”, hemm ħafna x’tista’ tagħmel… mhux biss li ma tilbisx minn dawn il-kostumi li semmejt iżjed ‘il fuq.

    Ma ninsewx li fost il-mejtin kollha u l-qaddisin kollha, jeżistu ħafna martri. Għaldaqstant, m’hemmx għalfejn tilbes “bħal kulħadd” – xi kostum li jrawwem idea ta’ sterjotip. Lanqas hemm bżonn tilbes “il-verżjoni vampire” ta’ xi karattru tal-cartoons.

    Tista’ wkoll tadatta l-kostumi li tara biex tfassalhom kif ‘suppost’ li jkunu. Ngħidu ahna, il-feriti tal-lebbra ta’ San Rokku, jew dawk ta’ Lażżru l-fqir, flimkien ma’ tbenġil u grif, tista’ tadattahom minn dawk ta’ Zombie. Lil Pedro Berruguete, San Pietru l-Martri, in-Njostiċi qatluh b’daqqa ta’ mannara f’rasu; u żgur li hawn minn fejn tixtri mnanar li taparsi jidħlu fir-ras. L-għajnejn maqlugħa ta’ Santa Luċija tista’ tagħmilhom bil-blalen tat-tennis li fuqhom tpinġi l-għajnejn, u lil tiegħek tgħattihom b’garża mtebbgħa bl-aħmar.

    Imbagħad hemm dawk il-ħafna kostumi ta’ nies li suppost għandhom rashomm maqtugħa, u jżommuha taħt abthom. Mela allura, dak li jkun jista’ jirranġa dan il-kostum, u jġibu ta’ San Denis. U kos, min jaf kif wieħed l-aħjar li jagħmlu l-kostum li jirrappreżenta lil San Bartilmew. Biex tagħmel dan, trid tkun iżjed immaġinattiv milli taqbad u tiżbogħ wiċċek iswed u tippretendi li int xi Minstrel.

    Fl-antik, l-istampi grafiċi tal-qaddisin fil-waqt tal-martirju tagħhom, jew wara li nqatlu, kienu suppost li jwasslu lill-fidili biex jimmeditaw fil-fond fuq il-ħajja u fuq il-mewt, bil-ħsieb li ma jiżgarrawx. Qaddisin bħal San Bastjan u Sant’Agata kienu meqjusa bħala mudelli ta’ ħajja kasta u mqaddsa.

    Forsi, bħal daż-żmien sena, kulħadd ikun għadu qed jitkellem fuq kemm fil-Halloween kien hemm nies – minn dawk li ma jqisuhiex bħala festa pagana - li għarfu s-sinifkat tal-jum.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook