F’Birżebbuġa, issa l-pass li jmiss

  • Diċ 30, 2015 00:10
  • Miktub minn

    Nigel Mifsud, ilbieraħ fuq TVM, spjega f’rapport konċiż u informattiv kif issa hemm il-provi li l-kontributur ewlieni għat-tniġġis mill-ħsejjes f’Birżebbuġa hu l-Port Ħieles.

    Biex inkun preċiż, ir-rapport dwar l-impatti tal-ħsejjes mill-Port Ħieles fuq Birżebbuġa għadu mhux lest għalkollox. L-istudju lest u l-ewwel abbozz tar-rapport ġie diskuss. Jonqos issa li jsiru l-aħħar irtokki biex ikun konkluż ir-rapport finali.

    Li sar l-istudju huwa importanti ħafna. Għax issa hemm il-provi li dak li ilhom jgħidu r-residenti hu minnu. Huwa wkoll ikkwantifikat.

    Imma tajjeb li nifhmu li biex l-istudju sar, kien hemm ħtieġa ta’ ħafna ħidma. Minnu innifsu kien ukoll proċess edukattiv li fih imxew flimkien il-MEPA, il-Port Ħieles u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.

    Kienet triq twila, għax għall-bidu mhux kulħadd kien konvint li dik kienet it-triq. Anke matul it-triq kien hemm min ġieli qata' qalbu. Imma fl-aħħar wasalna. U biex wasalna għandhom mertu diversi persuni.

    Dan hu awgurju tajjeb fi tmiem din is-sena. Li bil-paċenzja hu possibbli li tasal.

    Issa rridu bl-istess ħeġġa nagħmlu l-passi li jmiss: li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-ħoss jonqos.

    Għax, kif dejjem ngħid, hu tajjeb li l-Port Ħieles jagħti kontribut għall-ekonomija tal-pajjiż. Dan il-kontribut, iżda, m’għandux inaqqas il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ Birżebbuġa.

    Hi rebħa kbira, mhux biss għal Birżebbuġa, li wasalna sa hawn. Inħarsu 'l quddiem b’kuraġġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0