Il-PN jilgħab bil-liġi tal-finanzjament

  • Apr 13, 2016 06:57
  • Miktub minn Carmel Cacopardo

    Il-PN għandu djun kbar. Jingħad li dawn ilaħħqu madwar it-€22 miljun euro. Kemm eżatt ma nafux, għax s’issa m’hemmx l-obbligu tal-pubblikazzjoni tal-accounts tal-partiti politiċi. Inkun nafu s-sena d-dieħla meta tkun bdiet taħdem il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

    Bħala riżultat ta’ titjib intern fl-amministrazzjoni tal-partit, il-PN beda skema ta’ self li permezz tagħha jissellef mingħand in-nies ammont ta’ €10,000. Min jislef lill-PN jieħu 4% interessi, ferm iktar milli jagħtu l-banek, u l-PN min-naħa l-oħra jħallas ferm inqas milli jħallas f’interessi lill-bank kieku kellu jissellef minn hemm.

    Skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti li approva l-Parlament fis-sajf li għadda, ma hemm xejn irregolari f’dan kollu. Imma l-liġi (bħal dejjem) ma tipprovdix għal kull ma jista’ jinqala’.

    Il-liġi ma tipprovdix biex skema bħal din ma tkunx tista’ tiġi użata kontra l-ħasil ta’ flus maħmuġin. Jiddependi biss mill-partiti infushom mingħajr kontrolli diretti mill-awtoritajiet biex ikun assigurat li dan mhux qiegħed isir.

    Il-liġi lanqas ma tipprovdi għall-ħarsien tal-flus ta’ min jislef flusu lill-partit. L-ebda awtorità pubblika m’għandha s-setgħa biex tara li l-assigurazzjonijiet li jagħti partit politiku li jissellef huma veritieri u li allura li meta jagħlaq i-żmien tas-self tieħu flusek lura. Trid toqgħod biss fuq l-assigurazzjonijiet li jagħtik il-partit.

    Hemm imbagħad is-segretezza. Din mhix korretta għalkollox. Għax l-awdituri tal-Kummissjoni Elettorali jistgħu jagħmlu l-verifiki kollha li jidhrilhom meħtieġa. Ovvjament li mhux gravi daqskemm qed jgħidu, imma ċertament mhux ta’ serħan il-moħħ biżżejjed kontra l-abbużi.

    Il-PN b’din l-iskema ta’ self qed idur mal-liġi. Qed jobdi l-liġi fil-kelma imma mhux qed josserva l-ispirtu tagħha. Fi ftit kliem, l-iskema ta’ self tal-PN tmur kontra r-regoli bażiċi tal-etika politika. Hi skema maħduma minn avukati u accountants biex jgħattu x-xtur tal-politiċi.

    Forsi hu l-mument li jingħalqu t-toqob permezz ta’ regolamenti ċari biex jinqata’ dan il-logħob.  

     

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook