Il-kaċċa u l-Bird Life

  • Apr 29, 2016 07:37
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

     

    Reġgħet bdiet il-kaċċa u l-Birdlife mal-ewwel ħarġet stqarrija biex il-Gvern jara li jkun hemm osservanza stretta fuq il-kaċċa. Barra minn hekk qed tara li ma jkunx hemm ksur tal-liġi. Tajjeb, iżda mhux biżżejjed.

    Din l-istrateġija kulma tagħmel hi biss li tirrestrinġi l-kaċċa fil-qafas legali u għalhekk hi waħda negattiva. Il-Birdlife għandha tieħu l-okkażjoni sabiex iġġib bidla – bidla fl-attitudni tan-nies speċjalment taż-żgħażagħ li żgur ħafna minnhom l-unika għasfur li raw fir-realtà hu l-għasfur tal-bejt.

    Nemmen li biex l-istrateġija tkun waħda pożittiva u waħda li tibdel l-attitudni favur il-kaċċa din trid tkun pożittiva. Dan hu l-istaġun tal-kaċċa għaliex bħalissa hu ż-żmien il-passa. Għalhekk nemmen li barra li tisħaq fuq l-infurzar tal-liġi, hemm bżonn attivitajiet li juru liż-żgħażagħ is-sabiħ tan-natura u l-ħajja li tingħata bl-għasafar. Fost l-attivitajiet li nemmen li għandhom isiru huma żjarat f'postijiet fejn ġeneralment ipassu l-għasafar. Jien ċert li jekk jiġu organizzati dawn iż-żjarat u pubbliċità tal-għasafar li ġew osservati li passew permezz ta' filmati, billboards eċċ. l-attitudni favur il-qtil ta' dawn l-għasafar tinbidel.

    Il-ħarsien tas-saħħa fis-servizzi mixtrija

    Aktar ma jmur, aktar il-konsumaturi qed ikunu konxji ta' dehrithom. Sa ftit żmien ilu din kienet l-aktar li tolqot lill-konsumaturi nisa. Biss aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar u aktar irġiel qed jużaw dawn is-servizzi.

    Din hi xi ħaġa tajba u żgur li fil-futur din l-industrija ser tikber sew. S'issa din l-industrija diġà għamlet qabżiet kbar. Bdiet permezz tal-hairdressers u wara fetħet f'oqsma oħra tas-sbuħija. Kompliet kibret u ċerta oqsma li qabel kienu jaqgħu taħt cosmetic surgery, illum saru jsiru f'dawn il-beauty clinics. Dan sar possibbli minħabba l-użu tat-teknoloġija moderna bħal ma hu l-użu bil-laser.

    Biss it-teknoloġija biex tkun ta' ġid trid tkun taf tintuża sew. L-aktar ħaġa importanti hi li n-nies li jkunu qed jużaw din it-teknoloġija fuq il-konsumaturi jkunu jifhmu sew il-potenzjal u sew il-limiti u l-periklu tat-teknoloġija li tkun ser tintuża. Din minn dejjem kienet tapplika anki meta l-uniku servizz li jingħata kienet iż-żebgħa tax-xagħar. Peress li ż-żebgħa tax-xagħar bħal kull żebgħa oħra fiha l-kimika, l-użu tagħha kien importanti li jintuża min-nies li jkunu mħarrġa. Ir-riżultat ta' kemm il-hairdressers kienu mħarrġa tajjeb biex jagħtu dan is-servizz jidher illum fuq ħafna nisa anzjani!

    Il-problema tal-lum hi aktar akuta għaliex it-teknoloġija preżenti hi waħda avvanzata ħafna. Minħabba f'hekk hi waħda effettiva. Hu għalhekk li s-servizzi li qed jiġu offruti lill-konsumaturi huma varji u jistgħu jagħmlu kambjamenti kbar fil-dehra ta' persuna. Biss daqs kemm din it-teknoloġija hi effettiva meta tintuża tajjeb min-nies imħarrġa daqshekk ieħor tista' tagħmel ħsara meta tintuża ħażin min-nies li mhux imħarrġa.

    Dawn l-aħħar snin, kellna diversi lmenti minn konsumaturi li minħabba li t-teknoloġija ma ntużatx tajjeb sofrew sew ħruq u sew tbajja’ f'diversi partijiet ta' ġisimhom.

    L-isfortuna hi li ma hemm l-ebda liġi li tobbliga lil min qed juża dawn il-magni jkun imħarreġ. Biex inkun ċar, ma nemminx li biex jiġri dan hemm bżonn li noħolqu xi awtorità ġdida oħra mal-biżilbilju li diġà għandna. Hemm modi oħra aktar effiċjenti u ħafna aktar effettivi milli toħloq awtorita' li tiswa ħafna flus u fl-istess ħin ma tkun qed tagħmel xejn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook