L-iskema tal-PN: Skema li wriet vojt

  • Mej 12, 2016 07:32
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Illum ser nikteb dwar l-iskema ta’ ġbir li ħareġ biha l-Partit Nazzjonalista. Mhux ser nikteb fuq din l-iskema mil-lat politiku, speċjalment kif din tolqot prinċipji importanti bħad-demokrazija, iżda mill-angolu tal-konsumaturi.

    L-aktar ħaga li laqtitni f’din l-iskema hi li wrietna li hemm vojt kbir fil-liġijiet tagħna fis-settur finanzjarju li jnaqqsu ħafna mill-protezzjoni tal-konsumaturi.

    Fid-dokument tal-proposti li l-Għaqda tal-Konsumaturi kienet bagħtet lill-partiti politiċi qabel l-aħħar elezzjoni, l-Għaqda, fil-bidu nett tad-dokument, kienet semmiet kif il-finanzjament tal-partiti politiċi qed inaqqar mid-drittijiet tal-konsumaturi speċjalment minħabba l-infurzar tal-liġijiet li għandna. Semmejna li llum ħafna mill-finanzjament tal-partiti ġej mill-kummerċ.

    Dan iġib qrib ħafna l-partiti u l-kummerċ, li meta partit ikun fil-gvern żgur li tingħata importanza aktar lill-kummerċ milli l-konsumaturi. Fl-opinjoni tagħna, iż-żewġ naħat – kummerċ u konsumaturi – għandhom jingħataw importanza ndaqs. Għandu jkun hemm bilanċ. Biss konna u għadna ċerti li l-finanzjament tal-partiti qed itellef dan il-bilanċ.

    Aspett ieħor hu t-trasparenza. Dan l-aspett hu wieħed importanti ħafna, mhux biss għall-konsumaturi iżda wkoll għall-kummerċ innifsu. Min-naħa tal-konsumaturi, it-trasparenza hi essenzjali għaliex b’hekk l-infurzar tal-liġijiet jagħtina indikazzjoni jekk hux wieħed laxk biex nagħlqu għajnejna għal xi ħadd li ffinanzja l-partit fil-gvern.

    Min-naħa tal-kummerċ, dan hu importanti għaliex mhux sew li fuq kummerċ individwali l-infurzar tal-liġijiet isir bil-lenti filwaqt li letteralment nagħlqu għajnejna f’każ ieħor ta’ individwu li jkun ikkontribwixxa. Il-liġi suppost qiegħda hemm għal kulħadd.

    Iżda hemm aspett ieħor li din l-iskema wriet li għad hemm vojt kbir. Dan hu l-aspett finanzjarju. Nassumi li din l-iskema hi legali, għaliex s’issa l-ebda avukat ma qalilna mod ieħor. Għalhekk għada filgħodu minflok partit politiku, jista’ jkun hemm kumpanija kummerċjali li toħroġ bi skema bħal din. Mela allura jista’ jkollna kumpanija li tibda tissellef ammonti kbar ta’ flus b’interessi aħjar minn tas-suq biex tiġbed lin-nies jinvestu, mingħajr ma toħroġ informazzjoni għal liema proġetti dawn il-flus ikunu ser imorru u, aktar importanti, kif dawn il-proġetti ser jirrendu flus biex il-kumpanija tkun tista’ tħallas il-flus lura.

    Din l-informazzjoni ma tagħti l-ebda garanzija li l-investiment li wieħed qed jagħmel hu wieħed garantit li ser ikun suċċess, iżda jagħti serħan tal-moħħ li dawn il-flus ser imorru għal proġett li jista’ jrendi u għalhekk sew il-kapital u sew l-interessi jkunu jistgħu jitħallsu lura lill-investitur. Din l-informazzjoni tgħin lill-investitur biex jagħmel il-kalkoli tiegħu kemm hu riskjuż dan l-investiment, jekk l-interessi humiex tajba meta wieħed iqis ir-riskju u jekk dan ir-riskju hux wieħed li jgħodd għal konsumatur partikolari.

    Dan hu vojt kbir għaliex milli jidher illum, filwaqt li dawk li jkunu reġistrati mal-Awtorità Finanzjarja meta joħorġu xi investiment iridu joħorġu l-informazzjoni dwar dan l-investiment u min ibigħ dan l-investiment hu responsabbli biex jara li r-riskju hu wieħed kompatibbli mal-investitur, xi ħadd li joħroġ bi skema bħal din ma jkunx. Illum jekk investitur żgħir iħoss li r-riskju tal-investiment li ġie mibjugħ lilu ma kienx kompatibbli mar-riskju li hu ddikjara li jrid jieħu, l-investitur jista’ jfittex lil dak li jkun biegħlu dan l-investiment. Illum hemm numru ta’ każi quddiem il-qorti dwar dawn l-affarijiet.

    Dan hu vojt serju li hemm bżonn li jiġi indirizzat.  

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook