Bini għal kulħadd

  • Lul 04, 2016 08:46
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Dan l-aħħar il-Ministru Deborah Schembri ħabbret regolamenti ġodda dwar il-bini li jtejbu l-qasam tas-sanità u għalhekk tas-saħħa. Kienet bidla li kien ilu li kien hemm bżonnha għaliex il-liġijiet li kellna kienu antikwati.

    Din ġabet magħha wkoll reazzjoni mill-Kamra tal-Periti li qalet li hemm bżonn li nerġgħu nagħtu ħarsa lejn ir-regolamenti tal-bini biex inġibuhom tajbin għaż-żminijiet u l-ħtiġiet tal-lum. Personalment naqbel ma’ dan. Ftit taż-żmien ilu kont qed infittex post u bqajt skantat b’ċerti nuqqasijiet li rajt.

    L-aktar ħaġa li kont skantajt biha kienet il-kurituri komuni li kellhom ċerti postijiet li rajt. Kien hemm biċċiet minnhom li bilkemm tgħaddi pram u persuna fl-istess ħin. Niftakar li l-ewwel ħaġa li ġietni f’moħħi kienu żewġ affarijiet. L-ewwel nett, jekk ikun hemm ħruq fil-bini kemm kien ser ikun faċli li joħorġu n-nies malajr.

    Ħsieb ieħor li ġieni kien li jekk ikolli bżonn biex jeħduni l-isptar fuq stretcher żgur li kien ikollhom iniżżluni bi krejn mill-gallerija għaliex bl-ebda mod ma kien ikun possibbli li jgħadduni mill-kurituri minħabba d-dawrien dejjaq li kellhom dawn il-kurituri.

    Imbgħad xi ngħidu għall-aċċessibilità ta’ dawn il-postijiet? Minkejja li l-maġġoranza kbira tal-bini li tela’ dan l-aħħar snin għandu l-lift, xorta ssib li biex tilħaq dan il-lift hemm numru ta’ taraġ. Dan jagħmel dawn il-bini diffiċli għall-anzjani tagħna li jsibuha diffiċli biex jitilgħu u jinżlu t-taraġ. Veru li n-numru ta’ taraġ ma jkunx wieħed kbir biss xorta joħloq problemi għal min isib it-taraġ diffiċli biex jimmaniġja.

    Din il-problema tikber meta dak li jkun ikollu bżonn jew xi siġġu tar-roti jew inkella xi ħaġa biex tgħinu jimxi. Dawn litteralment isibu ruħhom f’diffikultà kbira. Ir-raġuni hi li hu kważi impossibbli li ssib post li ma fihx taraġ sakemm tilħaq il-lift. Il-problema tiżdied għaliex illum il-postijiet ġodda bil-lift kważi kollha huma flats. Għalhekk dak li jkun minkejja li jkun lest li joħroġ il-flus biex ikollu aċċessibilità kompleta, xorta jsibha diffiċli għaliex il-komun tal-flats mhux tiegħu u jkun irid jipperswadi lill-oħrajn li għandhom flat ma’ tiegħu biex iħalluh jagħmel it-tibdil meħtieġ.

    Dan kollu jagħmilha diffiċli għall-anzjani biex ikomplu jgħixu fil-komunità – li fuq kollox hi l-politika tal-Gvern. Din hi politika li personalment naraha tagħmel sens għaliex hi ta’ ġid sew għall-komunità u sew għall-individwu, speċjalment jekk ikun joqgħod fil-belt jew raħal fejn għadda l-maġġoranza ta’ ħajtu. B’hekk l-anzjan mhux biss ikun jista’ jiltaqa’ ma’ sħabu iżda wkoll ikompli bl-attivitajiet tiegħu fil-komunità speċjalment jekk ikun wieħed attiv f’xi assoċjazzjoni jew każin tal-lokal. Il-komunità ma tgawdix dan biss għaliex l-ammont ta’ għajnuna li jkollha toħroġ biex dawn l-anzjani jgħixu ta’ nies hu ħafna anqas milli kieku dawn l-anzjani jkollhom imorru jgħixu f’xi dar tal-anzjani.

    Barra l-anzjani wieħed irid isemmi wkoll lin-nies bi bżonnijiet speċjali li bħala komunità ilna nagħmlu sforz biex jiġu integrati kompletament fis-soċjetà. Tajjeb ngħiduha kif inhi, li aktar ma l-bniedem jixjieħ aktar jintegra ruħu ma’ dan il-grupp għaliex il-ħiliet fiżiċi tiegħu jonqsu u mhux jiżdiedu.

    Biss il-problema ta’ aċċessibilità, u għalhekk integrazzjoni fis-soċjetà, ta’ dawn iż-żewġ gruppi mhix limitata biss għad-djar. Illum għad hemm ħafna ħwienet u uffiċċini li għadhom ‘il bogħod milli jipprovdu aċċessibilità kompleta. Semmejt il-ħwienet u l-uffiċċini; biss din il-problema sfortunatament issibha wkoll f’numru mhux ħażin ta’ spiżeriji u anki kliniċi privati. Dawn huma żewġ postijiet li l-anzjani u anki dawk bi bżonnijiet speċjali għandhom ikollhom aċċess sħiħ peress li huma żewġ postijiet li żgur ikollhom iżuru ta’ spiss.

    Hu għalhekk li nħoss li dak li tħabbar hu pass ‘il quddiem – bdejna nbexxqu l-bieb – sabiex naġġornaw ruħna maż-żminijiet f’dan is-settur daqshekk importanti għal kulħadd, speċjalment għall-anzjani.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook