Sagrileġġ?

  • Set 07, 2016 13:05
  • Miktub minn Charles Miceli

    Il-gvernijiet, huma min huma, jagħmlu ħafna ġid. Iżda wkoll jagħmlu ħafna żbalji. Mhux qed ngħid korruzzjoni. Ovvjament il-korruzzjoni qiegħda f’kollox u kullimkien.

    Imma mhux l-intenzjoni tiegħi li nidħol f’polemiċi hawn fuq il-korruzzjoni. Illum xtaqt biss nuri kif inbidlet id-dinja. U dak li kieku jien tgħidx kemm indoqq trombi u niftaħar bih, fi żmienna qed jiġi ppreżentat bħala dnub mejjet. Biex ma ngħidx sagrileġġ.

    Qed nirreferi għall-aħbar li l-Gvern impjega madwar 600 ruħ li kienu kkunsidrati unemployable. Jiġifieri li kważi impossibbli ssibilhom xogħol.

    Jien f’ħajti ltqajt ma’ ħafna minn dawn in-nies. Min minħabba xi sfortuna. Min minħabba xi diżabbiltà fiżika jew mentali. Min minħabba l-kondotta. Min għal ħaġa u min għal oħra.

    B’xi mod, is-soċjetà tkun tefgħetek fi skip.

    Dinjità

    Ix-xogħol, hu x’inhu, ikompli jagħti d-dinjità lill-bniedem. Ngħid ikompli. għax il-persuna, hi min hi, għandha dinjità intrinsika. Sempliciment għax hija umana.

    Imma l-umanità tal-persuna ssib il-milja tagħha meta tkun parti minn komunità. Meta tappartjeni. Meta tmidd idha biex tgħin lilha nnifisha u lil ħutha. U f’dan ix-xogħol il-biċċa l-kbira tal-bnedmin isibu sens fil-ħajja.

    Irridu nammettu li n-natura m’għamlitx lil kulħadd ġenju. Hawn min hu kapaċi jagħmel operazzjoni u jbiddilek il-valvi ta’ qalbek. U hawn min hu kapaċi jqaxxar ftit patata jew jaħsel żewġ platti.

    Iżda s-soċjetà hija obbligata li tieħu ħsieb kulħadd. Mill-kbir saż-żgħir. U jekk iż-żgħir jibda jaqa’ lura, flok inħalluh jiddispra, irridu ngħinuh b’kull mezz li nistgħu.

    Skema

    Għalhekk l-Iskema ta’ Xogħol fil-Komunità hija ta’ min ifaħħarha. U jiddispjaċini meta xi ħadd jibda jġib id-dinja fit-tarf għax donnu l-Gvern qed jimpjega lil dawn in-nies.

    Wara kollox bejn il-benefiċċju soċjali u l-paga minima m’hemmx xi baħar jaqsam. Veru li t-tnejn hemm bżonn li nirreveduhom.

    Nemmen li min qed jattakka lill-gvern għax ta' xogħol lil dawn is-600 ħaddiem li ilhom is-snin jirreġistraw, ma jafx x’jiġifieri tispiċċa d-dar, ġurnata wara oħra, tgħodd it-travi. Dan il-gvern għamel ħafna żbalji, u anke hu amettiehom. Iżda meta rreveda din l-iskema għamel biċċa xogħol ta’ raġel.

    Prosit lil kull min kien involut biex dawn in-nies ma baqgħux esklużi soċjalment.






    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0