Brimb u għanqbut

  • Set 28, 2016 10:55
  • Miktub minn

    Snin ilu, meta kont qed nitħajjar immur naħdem fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas, ma nafx kif spiċċajt kors Ruma. Fiċ-Ċentro Italiano di Solidarietà.

    Kważi kważi llum insejt kulma tgħallimt f’dawk ix-xhur interessanti ta’ teorija u prattika. Imma bqajt niftakar ħaġa. Li d-droga hija sintomu mhux kawża. Fi kliem ieħor, id-droga hi l-għanqbuta. Allura tajjeb nistaqsu x’inhi l-kawża.

    Iżda, minkejja li għadu kif kellna r-riżultati tal-ESPAD, jew aħjar l-istudju dwar il-konsum tal-alkoħol u drogi oħra fost l-istudenti, f’dil-kitba aktar xtaqt nikkonċentra fuq il-faqar.

    Mhux għax mhemmx xi tgħid dwar l-alkoħol u drogi oħra. Anzi hemm xi tgħid ħafna.

    Imma peress li wasal il-baġit kif ukoll għadu kif kellna l-istatistika dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, ħassejt li aktar waqtu li nikteb dwar il-ħajja li qed jgħixu n-nies. L-aktar dawk fl-aħħar skaluni tas-socjetà.

    Lies, damned lies....

    Min qal “Lies, damned lies and statistics” kellu raġun biex ibigħ. Mhux għax l-istatistika mhix importanti. Imma meta jkollok żewġ partiti jgħidu bil-maqlub ta’ xulxin dwar l-istess figuri, l-unika reazzjoni sana tkun “ħawwadni ħa nifhmek”.

    M’iniex ngħid li l-istatistika mhix tajba. Qed ngħid li kemm jista’ jkun għandu jkollna statistika li tkejjel aħjar. Statistika li ma tkunx daqshekk miftuħa għal interpretazzjonijiet differenti.

    Imma lil hinn mill-istatistika u l-politika partiġġjana. irridu qabel kollox naraw għalfejn il-faqar?

    Għalfejn?

    Nistaqsi għalfejn mhux biex inkun filosofiku. Nistaqsi biex jekk nifhmu sew x’jikkawża l-faqar, allura nkunu f’qagħda aħjar li naqtgħulu rasu. Ovvjament safejn hu possibbli.

    Jidher li ż-żewġ partiti jwaħħlu f’xulxin. Għax Muscat għamel taxxa fuq il-faqar. Jew għax għal Gonzi l-faqar kien perċezzjoni, mhux realta’.

    U l-mediċina li qed niġu offruti donnha aktar għandha mill-karità milli mill-ġustizzja soċjali. Nagħmilha ċara li mhix qed nikkritika lil xi ħadd. Imma għalija l-ġustizzja soċjali titlob li nattakkaw il-brimba mhux l-għanqbuta.

    Nagħti eżempju. Imbilli nagħtu aktar sussidju lil min qed jikri, vera nkunu qed nagħmlu karità. Imma l-brimba għandha possibbiltà li tagħmel aktar għanqbut u mhux ħaġa kbira li l-kera tkompli togħla. Hekk is-sussidju jispiċċa aktar jgħin lis-sidien tal-kera milli lil kerrejja.

    X’jista’ jsir?

    Hemm min jgħid li m’għandniex alternattiva għan-neoliberaliżmu. Li s-suq tant hu qawwi li ħadd ma jista’ jikkontrollah.

    Imma, filwaqt li hu sew li l-gvern jipprovdi djar ghal dawk li huma tassew fil-bżonn, ma narax għala m’ghandux ikun hemm bank soċjali li jgħin lin-nies isiru sidien ta’ darhom u hekk joħorġu min-nassa tal-kera.

    Jew għala m’għandux jinstab mod kif jitwaqqfu koperattivi li jidħlu għall-bini u l-kiri tad-djar. L-għan ta’ dan il-koperattivi ma jkunx il-profitt imma li jgħinu n-nies jaslu biex ikollhom id-dar tagħhom.

    Ma naħsibx li għandna għala nivvintaw ir-rota. L-importanti r-rieda politika li nattakkaw il-brimba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook