Bla saqaf

  • Ott 13, 2016 09:04
  • Miktub minn

    Nhar it-Tnejn, 10 ta’ Ottubru, ghadd ta’ pajjizi f’kull rokna tad-dinja fakkru dik li hi maghrufa bhala l-“World Homeless Day” – gurnata ddedikata ghal dawk li jispiccaw bla saqaf fuq rashom.

    Imma sfortuntament f’pajjizna kellna kwazi skiet perfett.

    Veru ma kontx qed nistenna lill-Awtorita’ tad-Djar tfakkar dan il-jum.  Imma talanqas dawk li jahdmu ma’ dawn in-nies b’xi mod kellhom jigbdu l-attenzjoni taghna l-Maltin li anke fuq dawn il-gzejjer tezisti din il-problema.

    U kif qed iberraq, din il-problema tikber tista’ mhux tonqos. Nittama li fil-bagit ikun hemm mizuri biex b’mod nibdew insibu tarf taghha.

    Il-problema

    Dejjem tghallimt li l-ewwel haga qabel tassal ghal xi tip ta’ soluzzjoni hija li taccetta li hemm problema.

    Ghal hafna snin ghamilna  bhall-galozz, dahhalna rasna fir-ramel. Izda taht din l-amministrazzjoni talanqas bdejna niccaqalqu. Anke fl-opinjoni tieghi fadal hafna u hafna xi jsir.

    Il-ftuh tad-Dar Papa Frangisku kien pass tajjeb. U naf li hemm il-hsieb li tinfetah dar ohra fuq l-istess linji.

    Barra minn hekk ta’ min isemmi s-somma ta’ €50 miljun li giet ivvutata fil-bagit li ghadda ghall-housing socjali.

    Izda mbaghad wiehed jistaqsi:

    Kemm fil-verita’ naccettaw li ghandna problema?

    Ghandna figuri ta’ kemm hawn nies bla saqaf fuq rashom f’dan il-pajjiz?

    Jew kemm hawn nies f’riskju li jispiccaw homeless?

    Ghaliex?

    Safejn naf jien hadd f’Malta mhu qed janalizza s-sitwazzjoni. Pero’, jekk thares lejn x’qed jigri barra minn xtutna ssib li ftit jew wisq li veru d-dinja saret vilagg wiehed.

    Jidher car, anke b’naqra tfittxija fuq il-Google, li hemm rabta bejn il-prezz tal-kera u dawk li jispiccaw bla saqaf fuq rashom.

    Veru li tajjeb ikollna x-xelters f’kazijiet ta’ krizi. Imma mbaghad in-nies ma tistax toqghod tirreferihom minn xelter ghall-iehor.

    Ghaddieli minn ghala widnejja li hemm minn ilu x-xhur, biex ma nghidx snin, fix-shelter.

    Ovvjament, dawk li jistghu jahdmu, jigu mghejjuna biex isibu x-xoghol. Imma – ghax dejjem hemm l-imma – aktarx li hawnhekk xi whud jinqabdu f’cirku vizzjuz.

    Dawn in-nies jispiccaw il-working poor. Settur li rari nitkellmu dwaru.

    Bil-paga minima biss fil-faqar kont u fil-faqar tibqa’. U jekk sid il-kera jfettilu jghollilek il-kera, ghax is-suq isuq, terga’ tispicca fix-xelter. Jekk ikun hemm post.

    U mhux qed nitkellem fuq dawk anqas ixxurtjati li huma kostretti jghixu bil-beneficcji socjali.

    X’jista’ jsir

    L-ewwel u qabel kollox irridu nqajmu aktar awareness. U ghalhekk tajjeb li dawk kollha li jahdmu f’dan is-settur u man-nies vulnerabbli jibdew ifakkru dan il-jum.

    Mhux biss. Irridu nibqghu ntambru s-sena kollha. Aktar ma jkun hawn kuxjenza, aktar il-politici jigu mbuttati biex ipoggu din l-issue fuq l-agenda politika.

    Dawn in-nies jezistu. U qed ibatu. U quddiem it-tbatija ma nistghux inharsu n-naha l-ohra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook