Ħsibijiet wara l-baġit

  • Ott 19, 2016 10:05
  • Miktub minn

    Kull sena, ftit jew wisq, nattendu għall-istess storja. Ma rridx insejħilha pantomima biex ma nonqos mir-rispett lejn ħadd. Il-Gvern, hu min hu, jippreżenta l-baġit u l-oppożizzjoni, hi min hi, issib x’tikkritika.

    Kieku daqshekk biss ma jimpurtax. Għax illum il-biċċa ndrat u ndrat sew. Għalija iżda diffiċli nniżżel għala n-nies hemm barra tinqasam fi tribujiet.

    U flok tipprova tkun oġġettiva, ixxejjer il-bandiera tal-partit tagħha. Ħasra.

    Għax hekk diffiċli nagħmlu naqra progress. U hawn mhux qed nitkellem fuq il-prodott gross nazzjonali imma fuq il-mentalità tribali.

    U l-fqar?

    Kważi kważi llum nisħet is-siegħa u l-mument li għamilt għażla preferenzjali tal-fqar. Li fejn nista’ u fejn possibbli nimbotta l-kawża ta’ dawk li qegħdin fl-aħħar skaluni tas-socjetà.

    Mingħajr ma naf dħalt ġo minefield. Mhux biss irrid noqgħod attent fejn immidt riġlejja imma naf minn qabel li kull kelma li ngħid se tiġi interpretata b’mod partiġġjan.

    Imma ma nistax ma nitkellimx għax inkun qed nonqos. Per eżempju għalfejn il-midja l-ħin kollu tgħidilna x’qal dak jew l-ieħor fuq il-fqar, u ma tmurx tistaqsi lilhom.

    Jista’ xi ħadd jigih f’rasu li barra li jmur jistaqsi lill-politiżi, il-kuntratturi, dawk li jħaddmu, eċċ.,  jmur jistaqsi lill-anzjani f’xi dar tal-anzjani jew lill-persuni bla dar f’xi dar li tilqagħhom temporanjament?

    Kontroll

    Ngħidha bla tlaqliq. Il-baġit fih ħafna miżuri tajbin. U tajjeb li naħsbu f’dawk bil-paga minima, fil-pensjonanti u fit-tfal. Biex ma ngħidx f’dawk bi bżonnijiet speċjali u dawk li l-kera qed tikolhom ħajjin.

    Issa jekk hux biżżejjed ħaġa oħra. Irridu nħallu x-xhur jgħaddu u naraw f’liema ilma jinsabu dawk l-aktar vulnerabbli.

    Il-biza’ tieghi huwa li la m’hemmx kontroll, fl-ahhar mill-ahhar ma jgawdix min suppost igawdi.

    Mhemmx ghalfejn nispjega ruhi. Diga’ qalulna l-kuntratturi li l-prezzijiet li għolew tal-materjal se jeffettwaw lix-xerrej.

    Wisq nibża’ li anke s-sussidji fuq il-kera jerġa’ jispiċċa fil-but tas-sidien. U li l-ħajja fix-xhur li ġejjin ma togħliex 2ċ biss.

    Mhux qed ngħid li mmorru lura għall-imgħoddi. U lanqas qed ngħid li nibdlu d-dinja mil-lum għal għada.

    Qed ngħid li rridu nkunu viġilanti u nsibu modi kif dak li nagħtu lil ta’ taħt ma jerġax jispiċċa fil-bwiet ta’ dawk ta’ fuq.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook