Flessibilità

  • Ott 31, 2016 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Il-“flessibilità” fil-mod kif jitħaddmu r-regoli ta’ tmexxija taż-Żona Ewro qed issir kwistjoni kritika. Żviluppata l-aktar meta xi sentejn ilu, deher ċar li Franza mhux se tkun tista’ tlaħħaq mal-miri ssettjati għaliha taħt ir-regoli, il-kunċett tal-“flessibilità” beda jiġi invokat biex ikopri s-sitwazzjonijiet speċjali li ekonomija tkun qed tiffaċċja intortament. F’sitwazzjonijiet hekk, intqal, ir-regoli jippermettu konċessjonijiet ġodda favuriha.

    Minn dak iż-żmien lil hawn, l-istess ħsieb ta’ flessibiltà ntuża għal Spanja u l-Portugall. 

    Issa l-Gvern Taljan qed jippretendi li jingħata l-istess trattament, anke jekk il-baġit li ħejja jikser b’mod ċar miri li kienu maqbula. Il-gvern qed isemmi ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li l-Italja kellha taffaċċja bil-wasla ta’ refuġjati u immigranti oħra, u bit-traġedji tat-terremoti. Imma l-aqwa problema tiegħu hi r-referendum kostituzzjonali li se jinżamm f’Diċembru.

    Id-dilemma hi: Sa fejn tista’ tittieħed il-flessibiltà mingħajr ma tiżvixxra r-regoli ta’ tmexxija minn kull siwi?

    ****

    Xi jridu l-Għawdxin?

    F’konferenza reġjonali li l-uffiċċju tiegħi organizza f’Għawdex f’isem il-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi fil-Parlament Ewropew, ħarġu żewġ spunti kontradittorji.

    Minn naħa tqanqal l-ilment li ta’ spiss jagħmlu ż-żgħażagħ li m’hemmx futur xieraq għalihom f’Għawdex għax hemm nuqqas ta’ impjiegi.

    Minn naħa oħra, tqajjem l-ilment li numru ta’ impriżi Għawdxin, speċjalment fit-turiżmu, mhumiex isibu lil min jimpjegaw f’Għawdex. Qed ikollhom saħansitra “jimportaw” ħaddiema Ewropej.

    Ħaġa ċara li se tqum ir-risposta: Jekk imprendituri ma jkunux lesti jħallsu tajjeb, x’jippretendu? In-nies bilfors tibqa’ lura.

    Tajjeb li wieħed jara jekk din it-tweġiba tagħtix l-ispjega kollha ta’ x’jinsab għaddej.

    ****

    Bidla fir-reġim

    Fil-kontroversja dwar is-Sirja bejn ir-Russja u l-Unjoni Ewropea mal-Istati Uniti, differenza fondamentali hi li tal-aħħar iridu jneħħu lil Assad mit-tmexxija tal-pajjiż, u r-Russja prattikament alleat ruħha miegħu.

    L-Ewropej u l-Amerikani jridu bidla fir-reġim. Hu l-istess għan li tpoġġa għall-interventi tagħhom fl-Afganistan, fl-Iraq u fil-Libja. Fl-Afganistan wara l-atroċità fi New York ta’ Settembru 2001, forsi dil-ħaġa kellha tkun. Imma fl-Iraq u l-Libja, kull ma nkiseb bil-għan li jinbidel ir-reġim kienu imwiet ta’ ħafna nies innoċenti u instabbiltà ma taqta’ xejn fiż-żewġ pajjiżi.

    Il-mod kif mexjin l-Ewropej u l-Amerikani fis-Sirja ma tantx jagħti tama li l-politika tagħhom se jkollha riżultati aħjar. Iridu jibdlu lil Assad (wieħed jista’ jaqbel li r-reġim tiegħu hu oppressiv ġieli b’mod barbaru)  imma l-alternattiva li għandhom għalih xejn ma tipprometti għaqda u progress.

    Mingħajr ma wieħed jaqbel mat-tattika Russa fir-rigward tal-belt ta’ Aleppo, xorta jista’ jikkonkludi li r-Russi għandhom raġun dwar is-Sirja ħafna aktar milli lesti jikkonċedulhom Ewropej u Amerikani.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook