Naqblu, imma...

  • Nov 03, 2016 10:23
  • Miktub minn

    Tieħu pjaċir tisma’ li f’dan il-pajjiż kulħadd jaqbel li tiżdied il-paga minima. U meta ngħid kulħadd, infisser kulħadd. Minn fuq sa taħt. Mix-xellug sal-lemin. Allelujah.

    Imma mbagħad bilfors irridu ndaħħlu l-imma.

    Għax din l-imma tidħol feles f’kull argument. Ikun fuq xiex ikun. Tifhimnix hazin, jghidulek, jien naqbel mija fil-mija imma.... u nibdew ingibu d-dinja fit-tarf.

    Din hi s-sitwazzjoni hekk kif  l-għaqdiet li jiffurmaw il-Kampanja Paga Minima Diċenti ddeċidew li jagħtu l-ewwel xutt wara l-istedina miftuha tal-Prim Ministru biex tibda diskussjoni.

    U, nitkellem f’ismi, ħadt gost li qajjimna terremot zgħir. Fil-pjazez, fil-każini, fit-toroq, fuq il-midja soċjali jew le, fil-partiti politiċi, il-paga minima kienet fuq l-aġenda.

    Għaliex issa?

    Ħafna kienu dawk li staqsewni għaliex issa? Ovvjament din mistoqsija loaded. Ma nafx kif tgħidha bil-Malti. U meta tħares lejn wiċċ minn staqsik, tifhem ħafna x’hemm wara d-domanda.

    Veru. Għaliex issa, meta l-paga minima qatt ma żdiedet fi 30 sena? U jkollok taqbel li ħallejna tard wisq. Anzi, biex inkun għidt kollox, il-Caritas kienet qajmet din il-kwistjoni fl-2012.

    Barra minn hekk issa huwa l-aħjar waqt għax l-ekonomija sejra tajjeb u kulħadd qed jammetti li l-faqar huwa realtà.
    U biex nagħtu lil kulħadd dak li ħaqqu, kien il-Prim Ministru nnifsu li pubblikament wera x-xewqa li tibda diskussjoni dwar il-paga minima.

    Taħwid l-imħuħ

    Fl-istess waqt li beda d-diskors fuq il-paga minima, bdew jidhru statistiċi li jqabblu l-paga tal-ewwel erba’ baġits tal-Gvern Laburista mal-aħħar erba’ tal-Gvern Nazzjonalista.

    Qalulna li n-nazzjonalista taw żieda d-doppju ta’ dik li taw il-laburista. Skont dawn it-talin bejn l-2010 u l-2013 il-Gvern tal-PN ta żieda ta’ €15.72, filwaqt li bejn 2014 u t-2017 il-Gvern tal-PL se jkun ta biss €7.57.

    Imma din hija ħrafa. U tistenna aħjar minn dawk li qed iressqu dawn l-argumenti. Fil-fatt il-paga minima ma żdiditx għax dawn iż-żidiet huma biss dawk tal-COLA.

    Fi kliem ieħor żidiet li jagħmlu tajjeb għall-għoli tal-ħajja. U kulħadd jaf li l-importanti mhux kemm ikollok flus imma x’tixtri bil-flus li jkollok.

    Kompetittività

    Interessanti x’ghandhom xi jghidu dawk li jħaddmu. Dawn ukoll jaqblu li jkun hawn ħidma biex jonqos il-faqar imma rridu noqogħdu attenti.

    Għax, qalulna, jekk tiżdied il-paga minima din teffettwa l-pagi l-oħra u hekk jista’ jkollha konsegwenzi serji fuq il-kompetittività.
    Hemm ħafna xi tgħid dwar dan. U għalhekk għandu jkun hemm diskussjoni miftuħa. Imma ma nistax ma nirrimarkax li l-kompetittività ma tiġix biss bil-pagi baxxi. Allaħares.

    U kif fejn hemm il-unions ħafna drabi jinstabu mezz kif il-pagi jiżdiedu, nistgħu nsibu mezz kif din il-formula titħaddem għal kulħadd.  Where there’s a will there is a way.

    Id-diskussjoni tkompli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook