Impenn għall-kenn

  • Nov 18, 2016 10:00
  • Miktub minn Charles Miceli

    Filwaqt li għadd ta’ għaqdiet volontarji għadhom għaddejjin bil-Kampanja Paga Minima Diċenti, l-Anti Poverty Forum se jagħmel konferenza dwar sfida oħra li għandna quddiemna. Il-housing.

    Tajjeb ngħid ukoll li għadha kif twaqqfet koalizzjoni ta’ NGOs li qed jaħdmu biex mhux biss iqajmu kuxjenza dwar is-sitwazzjoni, imma wkoll jippruvaw joħorġu b’soluzzjonijiet.

    Personalment naħseb li kemm il-pagi kif ukoll il-kirjiet huma fost l-aktar fatturi li qed iżommu faxxa ta’ nies ‘l isfel. 

    Faxxa ta’ nies li minkejja s-sussidji u l-għajnuniet kollha li għandna s’issa għadha ma tistax tgħix hajja diċenti.

    Imma f’din il-kitba nikkonċentra fuq id-dritt tal-kenn.

    Id-dritt li dak li jkun ikollu saqaf fuq rasu u moħħu mistrieħ li għada mhux se jsib li l-kera tant għolietlu li se jispiċċa jħabbat il-bieb ta’ Dar Papa Franġisku.

    Għaliex issa?

    Mistoqsija, kif jgħidu bl-Ingliż, ''loaded''. Issa għax l-ekonomija sejra tajjeb. Issa għax waħda mir-raġunijiet għaliex il-kera splodiet kienet appuntu għax l-ekonomija sejra tajjeb.

    Issa wkoll għax għandna gvern li jisma’. Gvern li qed jaċċetta li hawn sitwazzjoni li b’xi mod trid tiġi indirizzata.

    Issa għax nemmnu li kulħadd għandu jgawdi mill-ġid li qed jinħoloq. 

    Issa għax nemmnu li s-soċjetà għandha twieżen l-aktar lil min għandu sfidi akbar biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

    Issa għax nemmnu f’soċjetà ġusta fejn kulħadd għandu jimxi ‘l quddiem.

    X’qed isir?

    M’inix ngħid li l-Gvern mhu qed jagħmel xejn. 

    Probabbli kif se nisimgħu matul in-nofstanhar tal-konferenza – li se ssir nhar il-Ġimgha, 25 ta’ Novembru, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt – il-Gven mhux biss jirrikonoxxi din is-sitwazzjoni imma qed jipprova jindirizzaha.

    Diġa’ nafu li kien hemm €50 miljun ivvutati għall-housing soċjali.

    Nafu wkoll li s-sussidju fuq il-kirjiet se jirdoppja u se ssir aktar faċli li dak li jkun jikkwalifika għas-sussidju.

    Barra minn hekk se jkun hemm proġett pilota fejn jekk min jikri jintrabat għal numru ta’ snin li ma jgħollix il-kera, it-taxxa fuq il-kirja titnaqqas minn 15% għal 5%.

    Biex ma nsemmix li koppja li tixtri l-ewwel proprjetà tiffranka eluf ta’ ewros fi ħlas tal-boll.

    Imma mhux biżżejjed

    Iżda kulħadd jaf li minkejja dan kollu, għad hemm ħafna li qed ibatu mill-isplużjoni tal-prezz tal-proprjetà u tal-kirjiet. 

    Nittama li l-konferenza ma tispiċċax f’battibekki bejn dawk li jemmnu li s-suq isuq u l-oħrajn li jsostnu li s-suq irid jiġi mmaniġġjat inkella il-kbir ikompli jikber u ż-żgħir ikompli jiċkien.

    Jalla jkollna diskussjoni sana u noħorġu b’soluzzjonijiet.

    Min jitħajjar jattendi din il-konferenza jista’ jibghat imejl lill-Anti Poverty Forum fuq apf@gmail.com kemm jista’ jkun malajr. Narakom hemm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook