Prijoritajiet Maltin

  • Nov 24, 2016 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Il-prioritajiet li ssettja l-Gvern Malti għal waqt il-presidenza tiegħu għal sitt xhur tal-Unjoni Ewropea li tibda f’Jannar li ġej, huma serji u realistiċi. 

    Jirriflettu r-realtajiet li fihom qed ngħixu miċ-ċentru tal-Mediterran, mingħajr ma jintefħu b’xi illużjoni li mill-presidenza tal-UE Malta żgur tista’ taffettwahom bil-kbir. Imma trid tipprova.

    Trid tagħmel dan mingħajr ma tinsa l-inċertezzi kbar li jinsabu quddiem l-Ewropa bħalissa, u li jistgħu jiżbroffaw b’mod mhux mistenni mil-lum għal għada. U lanqas ma tista’ twarrab l-aġendi li ilhom jinġemgħu għal ħidma li dwarha l-Ewropej mhumiex isibu qbil bejniethom.

    Il-prioritajiet li jistgħu jiddeffsu f’dan il-qasam huma limitati ħafna.

    Kien ikun żball kieku l-gvern Malti ma għafasx fuq ix-xenarju tal-Mediterran fil-proġett ta’ presidenza tiegħu. Li għamel hekk b’galbu u prudenza se tagħtih aktar saħħa meta jisħaq fuq din il-priorità meta jqumu l-opportunitajiet biex jinsisti fuqha. 

    L-opportunitajiet jistgħu jkunu limitati akar milli nissopponu.

    ****

    Servizzi finanzjarji

    Fix-xhur li ġejjin, anki jekk l-Unjoni Ewropea tibqa’ sejra bin-nofs rankatura ta’ bħalissa, sfida waħda kbira se tibqa’ tinżamm fuq quddiem, jiġri x’jiġri. 

    X’għandu jsir biex titrażżan l-evażjoni tat-taxxa li seħħet fl-aħħar snin b’pass dejjem aktar imgħaġġel, mill-multinazzjonali l-kbar u l-individwi għonja, hekk kif kompliet tiżviluppa l-globalizzazzjoni?

    Kemm ix-xellug u kemm il-lemin tal-politika tradizzjonali għandhom kull interess li jibqgħu jagħfsu fuq das-suġġett. Hu wieħed li dwaru jsibu appoġġ popolari kbir.

    Fil-Parlament Ewropew il-kumitat hekk imsejjaħ ta’ Panama qed jisħarreġ il-miżuri li jistgħu jiddaħħlu biex jikkontrollaw l-abbużi li qed isiru.

    Hawn Malta, dwar li jinsab għaddej, ikkonċentrajna wisq qisna boloh, fuq il-kwistjoni tal-kumpaniji fil-Panama ta’ Mizzi/Schembri.

    Mentri l-problema reali hi kif jistgħu jiġu affettwati s-servizzi finanzjarji tagħna mill-bidliet li qed jitħasslu.

    ****

    Paceville

    Jien wieħed minn dawk li ma jistgħux jifhmu xinhu s-sens tal-hekk imsejjaħ pjan għal Paceville. 

    Donnu xi ħadd iddeċieda li jżid mal-kontroversji pjuttost vojta li jinsabu għaddejja. Niddubita kemm il-pjan għandu ċans jitwettaq, ukoll għal kwart minnu. Fih, ir-realtajiet ta’ binjiet, residenti u valuri tal-art donnhom intesew għal kollox.

    Kien għamel hekk aktar minn seklu u nofs ilu, il-baruni Hausmann meta ppjanta u bena l-boulevards il-kbar ta’ Pariġi. L-arterji li fassal bidlu bil-kbir ir-realtajiet tal-belt, qalbu ta’ taħt fuq il-karattru tagħha u għamluha dak li hi llum.

    Bir-rispett kollu, niddubita kemm wieħed jista’ japplika l-istrateġija ta’ Haussman għal Paceville! Wara kollox, anki hu spiċċa mkeċċi għax il-proġetti tiegħu daħħlu lill-gvern fi spiża monumentali, fin-nuqqas ta’ kontrolli finanzjarji serji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0