He ain’t heavy

  • Diċ 07, 2016 09:35
  • Miktub minn Charles Miceli

    F’dawn il-ġranet kif joqrob il-Milied, aktar minn “Ninni La Tibkix Iżjed” tiġi f’moħħi d-diska “He Ain’t Heavy, He’s My Brother”. 

    Għalkemm għandha kważi 40 sena, nammetti li hija waħda mill-favoriti tiegħi u ndoqqha ta’ spiss.

    Il-kliem tagħha jqajjimli ġismi xewk xewk. U jfakkarni f’ħafna nies li ltqajt magħhom u għadni niltaqa’ magħhom.

    Miż-żgħażugħ bi problem mentali li niltaqa’ miegħu l-Belt u jitlobni xi ħaġa biex jixtri ħobża sal-mara li bil-benefiċċji li għandha bilkemm iżżomm ruħha ma’ ġisimha.

    ... u ħafna oħrajn

    Ma nafx. Jien donni kalamita għal dawn in-nies. Forsi aktar iħossuhom komdi jiftħu qalbhom miegħi milli mal-kappillan jew ma’ xi politiku. 

    Ma rridx inpenġi lili nnifsi bħala xi ħaġa speċjali. Naf qassisin, aktar min-nies oħra, li jaħdmu f’dan il-qasasm u jiltaqgħu l-ħin kollha man-nies vulnerabbli u batuti.

    Mill-ewwel jiġuni f’moħħi Monsinjur Charles Cordina, Dun Ang Seychell, Fr Ivan Attard, Fr Hilary Tagliaferro, Fr Vince Magro, Dun Kalċidon tal-Imġarr, Fr Joe Mifsud u ħafna oħrajn.

    Iva u ħafna oħrajn. Qassisin u mhux. Li fis-skiet jaħdmu lejl u nhar u la jħarsu lejn uċuħ u la lejn nazzjonalità u lanqas lejn kulur.

    Mhux biss

    Imma mhux qed nitkellem dwar faqar biss. Qed nitkellem fuq kull min hu batut u vulnerabbli. 

    Minn dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom sal-familji tal-priġunieri. Minn dawk li jbatu mis-solitudni sa dawk li għandhom xi tip ta’ problema ta’ saħħa. Kemm fiżika u kemm mentali.

    U forsi l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa li naqbdu u niġġudikaw lil dawn in-nies. Għax tort tagħhom. Għax jien ili nwissihom. Għax dawk ma jitgħallmu qatt. Għax għażżenin. Social bums

    Kultant, mingħajr ma nafu, bi kliemna aktar inkunu qed ngħidu fuqna nfusna milli fuq għajrna. 

    Milied

    Oriġinarjament f’dawn il-ġranet ir-Rumani kienu jiċċelebraw it-twelid tax-xemx. Għalihom kien alla magħruf bħala Sol Invictus. 

    U hemm teoriji li jgħidu li l-insara għażlu d-data tal-25 ta’ Diċembru biex jiċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù appuntu minħabba li fl-imperu dak iż-żmien din kienet diġà festa.

    Kien x’kien mhux daqshekk importanti. Għax aħna qed ngħixu llum. U daż-żmien issb mhux wieħed jew tnejn li qalbhom tingħafas għax f’xi pajjiżi tal-Punent hemm min irid inaqqas il-manifestazzjonijiet tal-Milied biex ma jurtax lill-minoritajiet li mhumiex insara.

    Imma filwaqt li nġibu d-dinja fit-tarf għax niktbu “Xmas” flok “Christmas” jew is-Siġra tal-Milied ħadet post il-bambin tax-xemgħa, spiss jiġri li ma narawx lil Ġesù f’ħutna li qed ibatu. Ħasra. 

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook