Daqqtejn ta’ ħarta

  • Diċ 19, 2016 12:45
  • Miktub minn

    Ninsabu fl-aqwa tat-tellieqa konsumeristika li twassalna għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Tellieqa li daż-żmien saret tibda min-nofs Novembru – jekk mhux qabel. 

    Imma rridu jew ma rridux, f’din it-tellieqa jkollna nagħmlu waqfa żgħira għal Jum ir-Repubblika. 

    Jum li issa drajna, jew kważi, nistennew lill-President tgħidilna fejn sejrin tajjeb. U fejn nistgħu mmorru aħjar. Biex ma nkunx negattiv u ngħid fejn sejrin ħażin.

    U din is-sena, metaforikament. il-President tatna daqtejn ta’ ħarta ġmielhom. Għalkemm xi ħadd, jidhirli Reno Bugeja fil-programm “Dissett”, qalilna li d-dikors ta’ din is-sena kien fotokopja tad-diskors tas-sena li għaddiet.

    Jekk inhu hekk, dis-soċjeta’ qed titlef il-boxla soċjali. Qed niġu naqgħu u nqumu minn kollox. L-aqwa li jien sejjer tajjeb u ma jimpurtani minn xejn aktar.

    Dijanjożi

    Kont se ngħid li l-President tatna naqra mediċina morra mhux ħażin. Anke jekk ’l hawn u ’l hinn tefgħet xi ftit zokkor. Imma meta erġajt ħsibtha, wasalt għal konklużjoni li fir-realta’ l-Eċċellenza Tagħha għamlet dijanjożi.

    U sabet li l-pazjent bħalissa għandu naqra sintomi mhux ħażin. Ovvjament mhux moribond. Allħares. Imma żgur għandu bżonn il-kura urġenti, anke jekk mhux fl-ITU.

    Il-lista ta’ mard li għandu hija twila. Nuqqasijiet materjali. Esklużjoni Soċjali. Theddida għall-kwalita’ tal-ħajja b’riżultat ta’ żvilupp mhux dejjem sostenibbli. Iffullar ta’ żoni residenzjali. Limitazzjoni ta’ spazji pubbliċi. Storbju u dewmien fit-trafiku. Skarsezza ta’ onesta’ u verita’ fil-ħajja politika.

    U jekk dan mhux biżżejjed, nista’ nkompli. Razziżmu. Xenofobija. Sfruttament tal-ħaddiema. Tixrid tal-mibegħda. Tixkil tad-demokrazija parteċipattiva. Prekarjat. Vjolenza Domestika.

    Rieda tajba

    Għalkemm ma nistenna lill-ebda ras kbira tistqarr fil-pubbliku li ħtija tagħha, bil-wisq kbira l-ħtija tagħha, talanqas forsi tajjeb jekk nibdew nagħmlu eżami tal-kuxjenza bis-serjeta’.

    Imma tajjeb li nagħlaq fuq nota pożittiva. L-għada ta’ dan id-diskors, jigifieri l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru, kellu x-xorti nkun preżenti l-Caritas għall-avveniment imsejjaħ “Jum l-Impenn”. F’din l-okkażjoni l-voluntieri tal-Caritas igeddu l-impenn tagħhom biex is-sena li ġejja jkomplu joffru servizz lill-persuni vulnerabbli.

    Tieħu gost tara sala mimlija voluntieri. Iva. Lil hinn mill-ġirja bla sens u kattiva li naraw fil-ħajja ta’ kuljum, għad fadal nies ta’ rieda tajba.  Nies li lesti jeħduha kontra l-kurrent. 

    Nies li joffru l-ħin tagħhom bla ħlas u bla ma jistennew xejn tas-sagrifiċċji li jagħmlu.

    Alleluljah. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook