Parlament imċekken?

  • Diċ 26, 2016 17:50
  • Miktub minn

    Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed issir rilevanti l-mistoqsija: ir-rwol tal-Parlament qed ikompli jiċkien fil-ħajja nazzjonali? Donnu li l-Parlament sar jiswa l-piż tiegħu fl-istituzzjonijiet, biss fi żmien xi mozzjoni ta’ fiduċja fil-gvern tal-ġurnata li tiddependi minn kif se jmur il-vot ta’ deputat jew ieħor.

    Jekk dan hu l-veru kejl tal-importanza tal-Parlament, l-istituzzjoni ftit li xejn tiswa bħalissa, għax il-gvern jibbenefika minn maġġoranza dominanti fil-Kamra.

    Biss, hemm funzjonijiet oħra ta’ skrutinju essenzjali li l-Parlament jibqa’ jipposjedi. Problema hi li ftit li xejn saret tingħata attenzjoni għal x’qed jintqal fih. Issa tista’ ssegwi mir-radjo u t-televixin kull ma jintqal fih.

    Nissuspetta li parti mill-problema ġejja mill-fatt li l-midja tradizzjonali m’għadhomx isegwuh. Mhux f’Malta biss. Snin ilu, fit-“Times” ta’ Londra kienu jingħataw rapporti twal dwar x’ġara fil-House of Commons. Mhux aktar.

    Il-fatt li kulħadd jista’ jsegwih direttament, paradossalment, naqqas l-interess fil-Parlament, għax ħadd m’għadu jirrapportah. U l-ħidma tal-politikanti titkebbes l-aktar meta ssib publiċità effettiva. 

    ***

    L-INVESTIMENT CRANE

    Taħseb x’taħseb dwar l-investiment tal-kumpanija Crane u kif sar, ħaġa waħda għandha tkun ċara għal kulħadd: għandu jsir kull ma hemm bżonn isir biex l-investiment jirnexxi. 

    L-aħħar ċifri ekonomiċi jikkonfermaw kif l-industrija f’pajjiżna baqgħet tiċkien, anke waqt li l-bqija tal-ekonomija rrankat ’il quddiem.

    Fl-importanza, il-gvern qabbel l-investiment Crane, ma’ dak li sar fil-bidu tas-snin tmenin bl-investiment tal-ST, dak iż-żmien SGS Ates, kumpanija li għadha fost l-ewlenin fil-qasam industrijali Malti. Jien kont preżenti fit-tnissil u t-twelid tal-SGS, bħala Deputat Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise ta’ dak iż-żmien – il-Malta Development Corporation. 

    Regola tad-deheb li ssettjajna u żammejna kienet li kull ħaġa li ġiet miftehma, titwettaq fil-ħin u kif miftiehem. Hemm bżonn li jsir l-istess ma’ Crane. Dewmien fuq dak li jkun ippjanat – bħal ma ġara bil-power station il-ġdida tal-gass – bl-ebda mod m’għandu jitħalla jiġri.

    ***

    BIŻARR

    M’hemmx kelma oħra biex tiddeskrivi x’inhu jseħħ fl-Istati Uniti kemm ilu li Donald Trump ġie elett President: biżarr.

    Saru kummenti, stqarrijiet mill-istess President elett, manuvri diplomatiċi, tbassir, nominazzjonijiet ta’ uffiċjali għolja fl-amministrazzjoni l-ġdida li ħallew lil ħafna imherwla. Mhux l-anqas meta fin-nofs, tpoġġew ħsibijiet dwar miri li għandhom jinżammu fil-qasam tal-konfront nukleari bejn il-potenzi kbar.

    Biex tagħqad, informazzjoni – jew diżinformazzjoni – li ħarġet dwar kif sar indħil fl-elezzjoni Amerikana minn aġenti barranin, lili talanqas, fakkruni fil-kitba ta’ awtur satiriku Amerikan. Mas-snin spiċċa pjuttost minsi u sottovalutat: Richard Condon – u fuq quddiem, ir-rumanz tiegħu “The Manchurian Candidate”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0